EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TB0003

Kawża T-3/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad- 29 ta’ Settembru 2014 – Ronja vs Il-Kummissjoni [ “Rikors għal annullament — Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nruᅠ1049/2001 — Dokumenti skambjati fil-kuntest ta’ ilment dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2001/37/KE — Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru — Oppożizzjoni manifestata mill-Istat Membru — Rifjut parzjali ta’ aċċess — Deċiżjoni li tagħti l-aċċess sħiħ wara miżura ta’ organizzazzjoni proċedurali — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni — Dokumenti li joriġinaw mill-Kummissjoni — Deċiżjoni li tagħti aċċess sħiħ — Nuqqas tal-Kummissjoni li tagħti bidu għal proċedura ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kontra l-Awstrija — Inammissibbiltà” ]

ĠU C 409, 17.11.2014, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/40


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Settembru 2014 – Ronja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-3/13) (1)

([“Rikors għal annullament - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti skambjati fil-kuntest ta’ ilment dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2001/37/KE - Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru - Oppożizzjoni manifestata mill-Istat Membru - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Deċiżjoni li tagħti l-aċċess sħiħ wara miżura ta’ organizzazzjoni proċedurali - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Dokumenti li joriġinaw mill-Kummissjoni - Deċiżjoni li tagħti aċċess sħiħ - Nuqqas tal-Kummissjoni li tagħti bidu għal proċedura ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kontra l-Awstrija - Inammissibbiltà”])

2014/C 409/57

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ronja s.r.o. (Znojmo, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: E. Engin-Deniz, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Noll-Ehlers u C. Zadra, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, tas-6 ta’ Settembru u tat-8 ta’ Novembru 2012, li jirrifjutaw lir-rikorrenti l-aċċess sħiħ għall-ittri skambjati bejn il-Kummissjoni u r-Repubblika tal-Awstrija fil-kuntest tal-ilment 2008/4340, ippreżentat mir-rikorrenti, li jikkonċerna t-traspożizzjoni tad-Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropej u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Ġunju 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, preżentazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 147), u, min-naħa l-oħra, talba sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni asteniet b’mod illegali milli tagħti bidu għal proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kontra r-Repubblika tal-Awstrija għal ksur tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/37 u tal-Artikolu 34 TFUE.

Dispożittiv

1)

Ma fadalx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-tieni talba ta’ Ronja s.r.o., sa fejn din tikkonċerna l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-8 ta’ Novembru 2012, li tirrifjuta l-aċċess sħiħ għall-ittri tar-Repubblika tal-Awstrija, tad-19 ta’ Frar u tat-8 ta’ Mejju 2009, indirizzati lill-Kummissjoni, u skambjati bejniethom fil-kuntest tal-ilment 2008/4340, ippreżentat minn Ronja, dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropej u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Ġunju 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, preżentazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 147).

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

3)

Ronja hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni sostnuti f’dak li jikkonċerna t-talbiet għal annullamment sa fejn dawn huma indirizzati kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-6 ta’ Settembru 2012, li permezz tagħha l-Kummissjoni tat l-aċċess għall-ittri tat-23 ta’ Diċembru 2008 u tat-18 ta’ Marzu 2009, indirizzati lir-Repubblika tal-Awstrija, u skambjati bejniethom fil-kuntest tal-ilment 2008/4340, it-talbiet intiżi sabiex jingħatalha aċċess sħiħ għad-dokumentazzjoni mitluba, kif ukoll dawk intiżi li jikkonstataw li l-Kummissjoni asteniet, b’mod illegali, li tagħti bidu għal proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kontra r-Repubblika tal-Awstrija.

4)

Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk ta’ Ronja sostnuti f’dak li jikkonċerna t-talbiet għal annullament, sa fejn dawn kienu indirizzati kontra d-deċiżjoni tagħha tat-8 ta’ Novembru 2012.


(1)  ĠU C 79, 16.03.2013.


Top