Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0693

    Kawża T-693/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Mejju 2016 – Mikhalchanka vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Bjelorussja — Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Restrizzjonijiet għad-dħul fit-territorju tal-Unjoni u għat-tranżitu minnu — Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista ta’ persuni kkonċernati — Ġurnalist — Drittijiet tad-difiża — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball ta’ evalwazzjoni”)

    ĠU C 222, 20.6.2016, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.6.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 222/12


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Mejju 2016 – Mikhalchanka vs Il-Kunsill

    (Kawża T-693/13) (1)

    ((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Bjelorussja - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Restrizzjonijiet għad-dħul fit-territorju tal-Unjoni u għat-tranżitu minnu - Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista ta’ persuni kkonċernati - Ġurnalist - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ evalwazzjoni”))

    (2016/C 222/13)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Aliaksei Mikhalchanka (Minsk, il-Bjelorussj) (rappreżentant: M. Michalauskas, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u F. Naert, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/534/PESK, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU 2013, L 288, p. 69), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1054/2013, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU 2013, L 288, p. 1).

    Dispożittiv

    1)

    It-talba għall-konstatazzjoni li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni mressqa mill-Kunsill tal-Unjoni hija miċħuda.

    2)

    Huma annullati, sa fejn jikkonċernaw lil A. Mikhalchanka:

    id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/534/PESK, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja;

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1054/2013, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja.

    3)

    Il-Kunsill għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn A. Mikhalchanka.


    (1)  ĠU C 93, 29.3.2014.


    Top