Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0670

    Kawża T-670/13 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2015 – Il-Kummissjoni vs D’Agostino (“Appell — Appell inċidentali — Servizz pubbliku — Membru tal-persunal bil-kuntratt — Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid — Dmir ta’ premura — Ksur tal-Artikolu 12a(2) tar-Regolament tal-Persunal — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żnaturament tal-fajl”)

    ĠU C 16, 18.1.2016, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.1.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 16/28


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2015 – Il-Kummissjoni vs D’Agostino

    (Kawża T-670/13 P) (1)

    ((“Appell - Appell inċidentali - Servizz pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid - Dmir ta’ premura - Ksur tal-Artikolu 12a(2) tar-Regolament tal-Persunal - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żnaturament tal-fajl”))

    (2016/C 016/34)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u G. Gattinara, sussegwentement G. Gattinara, aġenti)

    Appellati: Luigi D’Agostino (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2013, D’Agostino vs Il-Kummissjoni (F-93/12, ĠabraFP, EU:F:2013:155), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

    Dispożittiv

    1)

    Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoi Ewropea (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2013, D’Agostino vs Il-Kummissjoni (F-93/12), hija annullata sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku applika b’mod żbaljat id-dmir ta’ premura.

    2)

    Il-kumplament tal-appell prinċipali huwa miċħud.

    3)

    Is-sentenza D’Agostino vs Il-Kummissjoni hija annullata sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku naqas milli jiddeċiedi dwar l-ewwel parti tat-tieni motiv u żnaturah.

    4)

    Il-kumplament tal-appell inċidentali huwa miċħud.

    5)

    Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

    6)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    (1)  ĠU C 78, 15.3.2014.


    Top