Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0615

    Kawża T-615/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Jannar 2015 – Aic vs UASI – ACV Manufacturing (Skambjaturi tas-sħana) (“Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta skambjatur tas-sħana – Raġuni ta’ invalidità – Assenza ta’ viżibbiltà ta’ parti minn prodott kumpless – Artikolu 4(2) u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)

    ĠU C 73, 2.3.2015, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.3.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 73/26


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Jannar 2015 – Aic vs UASI – ACV Manufacturing (Skambjaturi tas-sħana)

    (Kawża T-615/13) (1)

    (“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta skambjatur tas-sħana - Raġuni ta’ invalidità - Assenza ta’ viżibbiltà ta’ parti minn prodott kumpless - Artikolu 4(2) u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)

    (2015/C 073/34)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Aic S.A. (Gdynia, il-Polonja) (rappreżentant: J. Radłowski, konsulent legali)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: ACV Manufacturing (Seneffe, il-Belġju)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ Settembru 2013 (Każ R 291/2012-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn ACV Manufacturing u Aic S.A.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Aic S.A. hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 24, 25.01.2014.


    Top