Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0581

    Kawża T-581/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2015 – Royal County of Berkshire Polo Club vs UASI – Lifestyle Equities (Royal County of Berkshire POLO CLUB) [“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Royal County of Berkshire POLO CLUB — Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti BEVERLY HILLS POLO CLUB — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”]

    ĠU C 155, 11.5.2015, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.5.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 155/25


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2015 – Royal County of Berkshire Polo Club vs UASI – Lifestyle Equities (Royal County of Berkshire POLO CLUB)

    (Kawża T-581/13) (1)

    ([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Royal County of Berkshire POLO CLUB - Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti BEVERLY HILLS POLO CLUB - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”])

    (2015/C 155/29)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: The Royal County of Berkshire Polo Club Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: J. Maitland-Walker, solicitor)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u N. Bambara, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lifestyle Equities CV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: D. Russo, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat mid-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Lulju 2013 (Każ R 1374/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Lifestyle Equities CV u Royal County of Berkshire Polo Club Ltd.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tat-tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-25 ta’ Lulju 2013 (Każ R 1374/2012-2), hija annullata, sa fejn ċaħdet l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9642621 għall-prodotti “frosti, sarġ, oġġetti magħmulin mis-sarràġ”.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 24, 25.01.2014


    Top