This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TA0463
Joined Cases T-463/13 and T-464/13: Judgment of the General Court of 26 November 2015 — Comunidad Autónoma de Galicia and Retegal v Commission (State aid — Digital television — Aid for the deployment of digital terrestrial television in remote and less-urbanised areas in Spain — Decision declaring aid to be partly compatible and partly incompatible with the internal market — Concept of undertaking — Economic activity — Advantage — Service of general economic interest — Selective nature — Article 107(3)(c) TFEU — Obligation to state reasons)
Kawżi magħquda T-463/13 u T-464/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – Comunidad Autónoma de Galicia u Retegal vs Il-Kummissjoni [“Għajnuna mill-Istat — Televiżjoni diġitali — Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati fi Spanja — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern — Kunċett ta’ impriża — Attività ekonomika — Vantaġġ — Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali — Natura selettiva — Artikolu 107(3)(ċ) TFUE — Obbligu ta’ motivazzjoni”]

ĠU C 27, 25.1.2016, p. 37–37
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/37 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – Comunidad Autónoma de Galicia u Retegal vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-463/13 u T-464/13) (1)
([“Għajnuna mill-Istat - Televiżjoni diġitali - Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati fi Spanja - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ impriża - Attività ekonomika - Vantaġġ - Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali - Natura selettiva - Artikolu 107(3)(ċ) TFUE - Obbligu ta’ motivazzjoni”])
(2016/C 027/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Comunidad Autónoma de Galicia (Spanja) (rappreżentanti: M. Lorenzo Outón u P. Egerique Mosquera, avukati) (Kawża T-463/13); u Redes de Telecomunicación Galegas Retegal SA (Retegal) (Santiago de Compostela, Spanja) (rappreżentanti F. García Martínez u B. Pérez Conde, avukati) (Kawża T-464/13)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, B. Stromsky u P. Němečková, aġenti)
Intervenjenta insostenn tal-konvenuta: SES Astra (Betzdorf, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: F. González Díaz u F. Salerno, kif ukoll fil-kawża T-463/13, V. Romero Algarra, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/489/UE, tad-19 ta’ Ġunju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28599 [(C 23/2010) (ex NN 36/2010, ex CP 163/2009)] mogħtija mir-Renju ta’ Spanja għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati (minbarra Castilla-La-Mancha) (ĠU L 217, p. 52).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikorsi huma miċħuda. |
2) |
Il-Comunidad Autónoma de Galicia (Spanja) u Redes de Telecomunicación Galegas Retegal, SA (Retegal) għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn SES Astra. |