Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0420

    Kawża T-420/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2015 – Brouillard vs Il-Qorti tal-Ġustizzja (“Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Konklużjoni ta’ kuntratti qafas — Traduzzjoni ta’ testi ġuridiċi għall-Franċiż — Stedina għat-tfih ta’ offerta — Esklużjoni ta’ subappaltatur propost — Kapaċità professjonali — Rekwiżit ta’ taħriġ ġuridiku sħiħ — Rikonoxximent ta’ diplomi — Proporzjonalità — Trasparenza”)

    ĠU C 363, 3.11.2015, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 363/33


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2015 – Brouillard vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

    (Kawża T-420/13) (1)

    ((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Konklużjoni ta’ kuntratti qafas - Traduzzjoni ta’ testi ġuridiċi għall-Franċiż - Stedina għat-tfih ta’ offerta - Esklużjoni ta’ subappaltatur propost - Kapaċità professjonali - Rekwiżit ta’ taħriġ ġuridiku sħiħ - Rikonoxximent ta’ diplomi - Proporzjonalità - Trasparenza”))

    (2015/C 363/41)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Alain Laurent Brouillard (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment J.-M. Gouazé, sussegwentement J. Pertek u D. Dagyaran, avukati)

    Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Placco, aġent)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tal-ittri tal-5 ta’ Ġunju 2013 li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea bagħtet lil IDEST Communication SA, li permezz tagħhom hija stiednet lil din tal-aħħar, minn naħa, tagħmel offerti fil-kuntest tal-proċedura nnegozjata ta’ għoti ta’ kuntratt sabiex jiġu konklużi kuntratti qafas għat-traduzzjoni ta’ testi ġuridiċi minn ċerti lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Franċiż (ĠU 2013/S 047-075037) u, min-naħa l-oħra, tikkonferma li r-rikorrent ma kienx ser jiġi impjegat fil-provvista tas-servizzi kkonċernati mill-kuntratt.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Alain Laurent Brouillard huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C ##, ##.


    Top