Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0337

    Kawża T-337/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – CSF vs Il-Kummissjoni (“Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Direttiva 2006/42/KE — Makkinarju li jġib il-marka ‘CE’ — Rekwiżiti essenzjali ta’ sigurtà — Riskji għas-sigurtà tal-persuni — Klawżola ta’ salvagwardja — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara ġġustifikata miżura nazzjonali ta’ projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq — Kundizzjonijiet li jirregolaw l-implementazzjoni tal-klawżola ta’ salvagwardja — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament”)

    ĠU C 302, 14.9.2015, p. 48–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.9.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 302/48


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – CSF vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-337/13) (1)

    ((“Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Direttiva 2006/42/KE - Makkinarju li jġib il-marka ‘CE’ - Rekwiżiti essenzjali ta’ sigurtà - Riskji għas-sigurtà tal-persuni - Klawżola ta’ salvagwardja - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara ġġustifikata miżura nazzjonali ta’ projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq - Kundizzjonijiet li jirregolaw l-implementazzjoni tal-klawżola ta’ salvagwardja - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament”))

    (2015/C 302/61)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: CSF Srl (Grumolo delle Abbadesse, l-Italja) (rappreżentanti: R. Santoro, S. Armellini u R. Bugaro, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Zavvos, aġent, assistit minn M. Pappalardo, avukat)

    Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment minn V. Pasternak Jørgensen u M. Wolff, sussegwentement minn M. Wolff, C. Thorning, U. Melgaard u N. Lyshøj, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/173/UE, tat-8 ta’ April 2013, dwar miżura adottata mid-Danimarka skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprojbixxi tip ta’ makkinarju multifunzjonali li jintuża għat-tħaffir u l-ġarr ta’ materjal (ĠU L 101, p. 29).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    CSF Srl għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ dan ir-rikors u tal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

    3)

    Ir-Renju tad-Danimarka għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


    (1)  ĠU C 233, 10.08.2013.


    Top