EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0256

Kawża T-256/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ottubru 2014 – L-Italja vs Il-Kummissjoni (“Politika soċjali — Programmi ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam taż-żgħażagħ — Rimbors parzjali tal-finanzjament imħallas — Ineliġibbiltà ta’ ċerti somom — Qbiż tal-limitu previst għal kategorija ta’ azzjonijiet — Implementazzjoni mill-aġenziji nazzjonali tal-proċeduri ta’ rkupru tas-somom użati indebitament mingħand il-benefiċjarji finali”)

ĠU C 395, 10.11.2014, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ottubru 2014 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-256/13) (1)

((“Politika soċjali - Programmi ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam taż-żgħażagħ - Rimbors parzjali tal-finanzjament imħallas - Ineliġibbiltà ta’ ċerti somom - Qbiż tal-limitu previst għal kategorija ta’ azzjonijiet - Implementazzjoni mill-aġenziji nazzjonali tal-proċeduri ta’ rkupru tas-somom użati indebitament mingħand il-benefiċjarji finali”))

(2014/C 395/54)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn W. Ferrante, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: C. Cattabriga, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament, fl-ewwel lok, tal-ittra tal-Kummissjoni Ares (2013) 237719, tat-22 ta’ Frar 2013, indirizzata lill-Agenzia nazionale per i giovani (aġenzija nazzjonali għaż-żgħażagħ, l-Italja), li tħabbar il-ħruġ ta’ nota ta’ debitu għal ammont totali ta’ EUR 1 486 485,90, sa fejn dan l-ammont jinkludi parti minn EUR 52 036,24 għal spejjeż sostnuti għal attivitajiet ta’ taħriġ rigward is-servizz volontarju Ewropew, u parti minn EUR 183 729,72 għal somom mhux irkuprati mill-Agenzia nazionale per i giovani mingħand il-benefiċjarji finali f’dak li jirrigwarda l-perijodu bejn is-sena 2000 u s-sena 2004, u, fit-tieni lok, tal-ittra tal-Kummissjoni Ares (2013) 267064, tat-28 ta’ Frar 2013, indirizzata lid-Dipartimento della gioventù e del servizio civile nazionale (dipartiment għaż-żgħażagħ u għas-servizz ċivili nazzjonali, l-Italja), li tikkomunika l-konklużjonijiet fuq l-evalwazzjoni finali tad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni u fuq ir-rapport annwali tal-imsemmija aġenzija għas-sena 2011.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 178, 22.6.2013.


Top