This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TA0088
Case T-88/13 P: Judgment of the General Court of 19 June 2015 — Z v Court of Justice (Appeal — Civil service — Officials — Impartiality on the part of the Civil Service Tribunal — Application for the recusal of a judge — Reassignment — Interests of the service — Rule that the grade must correspond with the post — Article 7(1) of the Staff Regulations — Disciplinary proceedings — Rights of the defence)
Kawża T-88/13 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ġunju 2015 – Z vs Il-Qorti tal-Ġustizzja (“Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Imparzjalità tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Talba għal rikuża ta’ Imħallef — Assenjazzjoni mill-ġdid — Interess tas-servizz — Regola ta’ korrispondenza bejn il-grad u l-kariga — Artikolu 7(1) tar-Regolamenti tal-Persunal — Proċeduri dixxiplinari — Drittijiet tad-difiża”)
Kawża T-88/13 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ġunju 2015 – Z vs Il-Qorti tal-Ġustizzja (“Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Imparzjalità tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Talba għal rikuża ta’ Imħallef — Assenjazzjoni mill-ġdid — Interess tas-servizz — Regola ta’ korrispondenza bejn il-grad u l-kariga — Artikolu 7(1) tar-Regolamenti tal-Persunal — Proċeduri dixxiplinari — Drittijiet tad-difiża”)
ĠU C 262, 10.8.2015, p. 17–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/17 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ġunju 2015 – Z vs Il-Qorti tal-Ġustizzja
(Kawża T-88/13 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Imparzjalità tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Talba għal rikuża ta’ Imħallef - Assenjazzjoni mill-ġdid - Interess tas-servizz - Regola ta’ korrispondenza bejn il-grad u l-kariga - Artikolu 7(1) tar-Regolamenti tal-Persunal - Proċeduri dixxiplinari - Drittijiet tad-difiża”))
(2015/C 262/22)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Z (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Rollinger, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Placco, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tal-5 ta’ Diċembru 2012, Z vs Il-Qorti tal-Ġustizzja (F-88/09 u F-48/10, ĠabraSP, EU:F:2012:171) u intiż għal annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1) |
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), Z vs Qorti tal-Ġustizzja (F-88/09 u F-48/10, ĠabraSP, EU:F:2012:171), hija annullata sa fejn ċaħdet bħala ineffettiv il-motiv, ippreżentat fil-Kawża F-48/10, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-kumitat responsabbli tal-ilmenti u tal-illegalità tal-Artikolu 4 tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, tal-4 ta’ Mejju 2004 dwar l-eżerċizzju tas-setgħat iddelegati permezz tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea lill-Awtorità tal-Ħatra kif ukoll mill-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea lill-awtorità awtorizzata li tikkonkludi l-kuntratti ta’ reklutaġġ. |
2) |
Il-kumplament tal-appell huwa miċħud. |
3) |
Ir-rikors fil-Kawża F-48/10 huwa miċħud sa fejn kien fondat fuq il-motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-kumitat responsabbli tal-ilmenti u tal-illegalità tal-Artikolu 4 tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, tal-4 ta’ Mejju 2004 dwar l-eżerċizzju tas-setgħat iddelegati permezz tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea lill-Awtorità tal-Ħatra kif ukoll mill-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea lill-awtorità awtorizzata li tikkonkludi l-kuntratti ta’ reklutaġġ. |
4) |
Fir-rigward tal-ispejjeż relatati ma’ din l-istanza, Z għandha tbati tliet kwarti mill-ispejjeż sostnuti mill-Qorti tal-Ġustizzja u tliet kwarti tal-ispejjeż tagħha u l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tbati kwart tal-ispejjeż tagħha u kwart tal-ispejjeż sostnuti minn Z. |