This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013FN0002
Case F-2/13: Action brought on 7 January 2013 — ZZ v Commission
Kawża F-2/13: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Jannar 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni
Kawża F-2/13: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Jannar 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni
ĠU C 129, 4.5.2013, pp. 30–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
4.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/30 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-2/13)
2013/C 129/56
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba tar-rikorrent li jiġi applikat fir-rigward tar-remunerazzjoni tiegħu, irċevuta mix-xahar ta’ Mejju 2001 sa tmiem l-assenjazzjoni tiegħu fl-Angola, il-koeffiċjent korrettur skont l-Artikoli 12 u 13 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal.
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
tannulla d-deċiżjoni li permezz tagħha ġiet miċħuda, min-naħa tal-Kummissjoni, it-talba li saret fl-24 ta’ Ottubru 2011; |
|
— |
sa fejn meħtieġ, tannulla l-att ta’ ċaħda, min-naħa tal-Kummissjoni, tal-ilment tal-21 ta’ Mejju 2012, magħmul mir-rikorrent lill-Awtorità tal-Ħatra fir-rigward taċ-ċaħda tat-talba tal-24 ta’ Ottubru 2011 u għall-annullament ta’ dan tal-aħħar kif ukoll tilqa’ t-talba tal-24 ta’ Ottubru 2011; |
|
— |
sa fejn meħtieġ, tannulla n-nota tal-14 ta’ Awwissu 2012; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent, għal kull xahar minn Mejju 2001 u sal-aħħar xahar tal-assenjazzjoni tiegħu, anki jekk de jure, fis-servizz fi ħdan id-Delegazzjoni tal-KE fl-Angola, l-ammonti li jirriżultaw mid-differenza (iktar ’il quddiem, id-“differenza retributiva”) bejn kemm ir-rikorrent kellu korrettament jirċievi li kieku kellu jiġi applikat, de jure, il-koeffiċjent korrettur mar-remunerazzjoni mensili tiegħu iffissat għall-Angola, skont l-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll l-Artikoli 12 u 13 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, u kemm effettivament irċieva r-rikorrent bis-saħħa tar-remunerazzjoni dovuta lilu skont l-Artikolu 62 tar-Regolamenti tal-Persunal; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent, fuq kull differenza retributiva, l-interessi bħala kumpens għad-dannu kkawżat fuq din tal-aħħar fit-tpaċija tal-ammonti dovuti, b’rata ta’ 10 %, b’kapitalizzazzjoni annwali, mill-ġurnata li fiha kull rata mensili tar-remunerazzjoni tħallset jew kellha titħallas lir-rikorrent u sal-ħlas effettiv tad-differenzi retributivi nnifishom; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent, fuq kull differenza retributiva, ammonti bħala kumpens għat-tnaffir tal-poter ta’ akkwist tal-munita, bir-rata ta’ varjazzjoni, fuq bażi annwali, tal-indiċi tal-għoli tal-ħajja għal Brussell, skont l-Artikolu 1 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, magħruf ukoll bħala l-“indiċi internazzjonali ta’ Brussell”, jew skont kull indiċi ieħor tal-istess portata li l-Qorti Ġenerali tqis li huwa ġust u ekwu li jiġi applikat fil-każ inkwistjoni, b’kapitalizzazzjoni annwali, mill-ġurnata li fiha kull rata mensili tħallset jew kellha titħallas lir-rikorrent u sal-ħlas effettiv tal-istess rata; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |