Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013FA0101

    Kawża F-101/13: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Settembru 2014 – Osorio et vs SEAE (Servizz pubbliku — Remunerazzjoni — Persunal tas-SEAE assenjat f’pajjiż terz — Deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tbiddel il-lista ta’ pajjiżi terzi li għalihom il-kundizzjonijiet tal-ħajja huma ekwivalenti għal dawk abitwali fl-Unjoni — Att ta’ portata ġenerali — Ammissibbiltà tar-rikors — Evalwazzjoni annwali tal-allowance tal-kundizzjonijiet tal-ħajja — Tneħħija)

    ĠU C 395, 10.11.2014, p. 65–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 395/65


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Settembru 2014 – Osorio et vs SEAE

    (Kawża F-101/13) (1)

    ((Servizz pubbliku - Remunerazzjoni - Persunal tas-SEAE assenjat f’pajjiż terz - Deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tbiddel il-lista ta’ pajjiżi terzi li għalihom il-kundizzjonijiet tal-ħajja huma ekwivalenti għal dawk abitwali fl-Unjoni - Att ta’ portata ġenerali - Ammissibbiltà tar-rikors - Evalwazzjoni annwali tal-allowance tal-kundizzjonijiet tal-ħajja - Tneħħija))

    (2014/C 395/78)

    Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Carla Osorio (Pointe aux Canonniers, il-Mawrizju) et (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

    Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt, u M. Silva, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tad-19 ta’ Diċembru 2012, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2013, li ma tingħatax iktar l-allowance għall-kundizzjonijiet tal-ħajja prevista fl-Artikolu 10 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal lill-uffiċjali assenjati fir-Repubblika tal-Mawrizju.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    C. Osorio u r-rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom jidhru fl-Anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

    3)

    Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


    (1)  ĠU C 367, 14.12.2013, p. 41.


    Top