Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013FA0100

    Kawża F-100/13: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Settembru 2014 – Julien-Maley et vs SEAE (Servizz pubbliku — Remunerazzjoni — Persunal tas-SEAE assenjat f’pajjiż terz — Deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li temenda l-lista tal-pajjiżi terzi li l-kundizzjonijiet tal-ħajja tagħhom huma ekwivalenti għal dawk abitwali fl-Unjoni — Att ta’ portata ġenerali — Ammissibbiltà tar-rikors — Evalwazzjoni annwali tal-allowance għall-kundizzjonijiet tal-ħajja — Tneħħija)

    ĠU C 395, 10.11.2014, p. 64–64 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 395/64


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Settembru 2014 – Julien-Maley et vs SEAE

    (Kawża F-100/13) (1)

    ((Servizz pubbliku - Remunerazzjoni - Persunal tas-SEAE assenjat f’pajjiż terz - Deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li temenda l-lista tal-pajjiżi terzi li l-kundizzjonijiet tal-ħajja tagħhom huma ekwivalenti għal dawk abitwali fl-Unjoni - Att ta’ portata ġenerali - Ammissibbiltà tar-rikors - Evalwazzjoni annwali tal-allowance għall-kundizzjonijiet tal-ħajja - Tneħħija))

    (2014/C 395/77)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Bruno Julien-Maley (Tokjo, il-Ġappun) et (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)

    Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u M. Silva, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tas-SEAE li, mill-1 ta’ Jannar 2014, ma jibqax iħallas l-allowance għall-kundizzjonijiet tal-ħajja lill-uffiċjali assenjati fl-Arġentina, fiċ-Ċilì, fiċ-Ċina (Ħong Kong), fil-Ġappun, fil-Malasja, f’Singapor u fit-Tajwan.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    B. Julien-Malvy u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-Anness għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

    3)

    Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


    (1)  ĠU C 45, 15.02.2014, p. 46.


    Top