Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013FA0063

    Kawża F-63/13: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat- 2 ta’ Lulju 2014 – Psarras vs ENISA (Servizz Pubbliku — Membru tal-persunal temporanju — Rexissjoni ta’ kuntratt — Artikolu 41(2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni — Dritt għal smigħ — Dannu morali — Deċiżjoni illegali bħala konsegwenza — Preġudizzju eċċessiv għad-drittijiet ta’ terz — Kundanna għad-danni ex officio — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ annullament)

    ĠU C 351, 6.10.2014, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.10.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 351/30


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-2 ta’ Lulju 2014 – Psarras vs ENISA

    (Kawża F-63/13) (1)

    ((Servizz Pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Rexissjoni ta’ kuntratt - Artikolu 41(2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni - Dritt għal smigħ - Dannu morali - Deċiżjoni illegali bħala konsegwenza - Preġudizzju eċċessiv għad-drittijiet ta’ terz - Kundanna għad-danni ex officio - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ annullament))

    2014/C 351/39

    Lingwa tal-kawża:Il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrent: Aristidis Psarras (Héraklion, il-Ġreċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

    Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (rappreżentanti: inizjalment minn M. P. Empadinhas, bħala aġent, sussegwentement minn M. S. Purser, bħala aġent, assistit minn C. Meidanis, avukat)

    Suġġett

    Talba għall-annullamet, min-naħa, tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija tar-rikorrent, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni, meħuda wara s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-118/10, li taħtar uffiċjal ieħor għall-kariga ta’ accountant u, fl-aħħar nett, il-kumpens tad-dannu morali subit

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-4 ta’ Settembru 2012 tad-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni li tirrixxindi l-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju A. Psarras hija annullata.

    2)

    L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni hija kkundannata tħallas lil A. Psarras is-somma ta’ EUR 40  000.

    3)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    4)

    L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tħallas l-ispejjeż sostnuti minn A. Psarras.


    (1)  ĠU C 336, 16.11.2013, p. 31.


    Top