EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0542

Kawża C-542/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju) fis- 17 ta’ Ottubru 2013 — Mohamed M’Bodj vs Conseil des ministres

ĠU C 367, 14.12.2013, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju) fis-17 ta’ Ottubru 2013 — Mohamed M’Bodj vs Conseil des ministres

(Kawża C-542/13)

2013/C 367/47

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour constitutionnelle

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Mohamed M’Bodj

Konvenut: Conseil des ministres

Domandi preliminari

(1)

L-Artikoli 2(e) u (f), 15, 18, 28 u 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li mhux biss il-persuna li ngħatat, fuq it-talba tagħha, l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja minn awtorità indipendenti mill-Istat Membru, għandha tibbenefika mill-protezzjoni soċjali u mill-kura tas-saħħa msemmija fl-Artikoli 28 u 29 ta’ din id-direttiva, iżda wkoll il-persuna barranija li hija awtorizzata minn awtorità amministrattiva ta’ Stat Membru li tirrisjedi fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru u li ssoffri minn marda li twassal għal riskju reali għall-ħajja tagħha jew għall-integrità fiżika tagħha jew riskju reali ta’ trattament inuman jew degradanti meta ma jkunx jeżisti trattament adegwat fil-pajjiż ta’ oriġini tagħha jew fil-pajjiż fejn tirrisjedi?

(2)

Jekk l-ewwel domanda preliminari għandha tingħata risposta li timplika li ż-żewġ kategoriji ta’ persuni li huma deskritti fiha għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-protezzjoni soċjali u mill-kura tas-saħħa li huma msemmija fiha, l-Artikoli 20(3), 28(2) u 29(2) ta’ din l-istess direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-obbligu impost fuq l-Istati Membri li jieħdu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni speċifika tal-persuna vulnerabbli bħall-persuni diżabbli, timplika li għandhom jingħataw lil dawn tal-aħħar benefiċċji pprovduti bil-Liġi tas-27 ta’ Frar 1987 dwar il-benefiċċju għall-persuni diżabbli, fid-dawl tal-fatt li għajnuna soċjali li tieħu inkunsiderazzjoni d-diżabbli tista’ tingħata abbażi tal-Liġi Bażika tat-8 ta’ Lulju 1976 dwar ċentri pubbliċi ta’ azzjoni soċjali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96.


Top