Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0458

    Kawża C-458/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid- 19 ta’ Awwissu 2013 — Andreas Grund, bħala mandatarju likwidatur ta’ SR-Tronic GmbH et vs Nintendo Co. Ltd u Nintendo of America Inc.

    ĠU C 344, 23.11.2013, p. 43–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.11.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 344/43


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Awwissu 2013 — Andreas Grund, bħala mandatarju likwidatur ta’ SR-Tronic GmbH et vs Nintendo Co. Ltd u Nintendo of America Inc.

    (Kawża C-458/13)

    2013/C 344/74

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesgerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Andreas Grund, bħala mandatarju likwidatur ta’ SR-Tronic GmbH, Jürgen Reiser, Dirk Seidler

    Konvenuti: Nintendo Co. Ltd, Nintendo of America Inc.

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2001/29/CE (1) huwa kuntrarju għall-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni ta’ traspożizzjoni (fil-każ ineżami l-Artikolu 95a(3) UrhG (Gesetz über Urheberrecht und verwandte Schutzrechte — Urheberrechtsgesetz), Liġi dwar id-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati) fid-dritt nazzjonali tal-Artikolu 6(2) ta’ din id-direttiva, meta l-miżura teknika inkwistjoni tipproteġi fl-istess ħin mhux biss xogħlijiet jew oġġetti oħra protetti, iżda wkoll programmi tal-kompjuter?


    (1)  Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).


    Top