EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0444

Kawża C-444/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Brașov (ir-Rumanija) fis- 7 ta’ Awwissu 2013 — Imre Solyom, Luiza Solyom vs Direcția Generală a Finanțelor Publice a Județului Brașov

ĠU C 325, 9.11.2013, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 325, 9.11.2013, p. 13–13 (HR)

9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Brașov (ir-Rumanija) fis-7 ta’ Awwissu 2013 — Imre Solyom, Luiza Solyom vs Direcția Generală a Finanțelor Publice a Județului Brașov

(Kawża C-444/13)

2013/C 325/24

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Brașov

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Imre Solyom, Luiza Solyom

Konvenut: Direcția Generală a Finanțelor Publice a Județului Brașov

Domandi preliminari

Meta l-partijiet f’kuntratt ta’ bejgħ jiffissaw prezz finali u irrevokabbli u meta, sussegwentement, l-awtoritajiet fiskali jikkunsidraw it-tranżazzjoni ta’ bejgħ bħala taxxabbli minħabba l-fatt li l-bejjiegħ huwa kklassifikat mill-ġdid bħala persuna taxxabbli, l-Artikoli 73 u 78 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/CE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-taxxa fuq il-valur miżjud marbuta ma’ din it-tranżazzjoni hija kkunsidrata bħala inkluża fil-prezz jew miżjuda ma’ dan il-prezz? Fi kliem ieħor, x’inhu l-valur taxxabbli għal tranżazzjoni bħal din?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


Top