EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0427

Kawża C-427/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Autorità per la Vigilanza sui Contratti pubblici di lavori, servizi e forniture (l-Italja) fil- 25 ta’ Lulju 2013 — Emmeci vs Cotral

ĠU C 325, 9.11.2013, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 325, 9.11.2013, p. 11–11 (HR)

9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Autorità per la Vigilanza sui Contratti pubblici di lavori, servizi e forniture (l-Italja) fil-25 ta’ Lulju 2013 — Emmeci vs Cotral

(Kawża C-427/13)

2013/C 325/19

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Autorità per la Vigilanza sui Contratti pubblici di lavori, servizi e forniture

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Emmeci Srl

Konvenuta: Cotral SpA

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 56 tad-Direttiva 2004/17/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex permess lil-leġiżlatur nazzjonali jipprovdi li l-entitajiet aġġudikatriċi jistgħu, matul il-fażi ta’ sottomissjoni tal-aħħar offerta fl-irkanti elettroniċi, jipprekludu lill-kompetituri milli jaraw il-pożizzjoni tagħhom fil-klassifika u l-offerti tal-operaturi ekonomiċi oħra, u li għandhom jistennew sa tmiem l-irkant sabiex jingħataw dan it-tagħrif?

(2)

L-Artikolu 56 tad-Direttiva 2004/17/KE u l-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament jipprekludu liġijiet nazzjonali jew prassi amministrattiva, bħal dawk imsemmija f’din il-kawża, li jipprevedu black-out ta’ ħames minuti fil-fażi finali tal-irkant elettroniku, li matulu l-kompetituri ma jkunux jistgħu jsiru jafu l-pożizzjoni rispettiva tagħhom fil-klassifika?


(1)  Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal 31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 19).


Top