Acest document este un extras de pe site-ul EUR-Lex
Document 62013CN0308
Case C-308/13 P: Appeal brought on 5 June 2013 by Società Italiana Calzature SpA against the judgment of the General Court (Third Chamber) delivered on 9 April 2013 in Case T-336/11 Società Italiana Calzature SpA v Office for Harmonisation in the Internal Market (Trade Marks and Designs) (OHIM)
Kawża C-308/13 P: Appell ippreżentat fil- 5 ta’ Ġunju 2013 minn Società Italiana Calzature SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fid- 9 ta’ April 2013 fil-Kawża T-336/11 — Società Italiana Calzature SpA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Kawża C-308/13 P: Appell ippreżentat fil- 5 ta’ Ġunju 2013 minn Società Italiana Calzature SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fid- 9 ta’ April 2013 fil-Kawża T-336/11 — Società Italiana Calzature SpA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
ĠU C 233, 10.8.2013, p. 2-3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 233, 10.8.2013, p. 2-2
(HR)
10.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 233/2 |
Appell ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2013 minn Società Italiana Calzature SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fid-9 ta’ April 2013 fil-Kawża T-336/11 — Società Italiana Calzature SpA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
(Kawża C-308/13 P)
2013/C 233/03
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Società Italiana Calzature SpA (rappreżentanti: A. Rapisardi u C. Ginevra, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), VICINI SpA
Talbiet tal-appellanti
— |
tannulla s-sentenza Nru 564397 deċiża mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża T-336/11 fid-9 ta’ April 2013, innotifikata fl-istess data, tilqa’ t-talbiet ifformulati minn Società Italiana Calzature SpA (iktar ’il quddiem “SIC”) fir-rikors tal-ewwel istanza, tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tat-8 ta’ April 2011 dwar il- Każ R 634/2010-2 u, skont id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-5 ta’ Marzu 2010, dwar l-oppożizzjoni B 1 350 711, tikkonstata u tiddikjara li r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja ta’ VICINI Nru 6513386 għandha tiġi miċħuda minħabba nuqqas ta’ element ġdid, sa fejn hija simili, sal-punt li jiġu konfużi,mas-sinjal verbali preċedenti “ZANOTTI” li kien is-suġġett ta’ trade mark Komunitarja rreġistrata taħt in-Nru 244 277 u trade mark Taljana rreġistrata taħt in-Nru 452 869, li tagħha SIC hija l-proprjetarja. |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż kollha u għat-taxxi taż-żewġ gradi ta’ istanza; |
— |
tikkundanna lil VICINI S.p.A biex tħallas lil SIC l-ispejjeż kollha tal-fażi preċedenti quddiem il-Diviżjoni ta’ Oppożizzjoni u l-Bord tal-Appell. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali hija vvizzjata minn motivazzjoni insuffiċjenti u kontradittorja. L-aspett fundamentali viżiv tal-element grafiku meta mqabbel mal-element verbali tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni u ż-żieda mal-kelma “ZANOTTI” tal-kliem “Giuseppe” u “Design” ma humiex biżżejjed biex jeskludu l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti, fid-dawl tal-karatteristiċi intrinsiċi tal-elementi inkwistjoni u, b’mod partikolari, għall-fatt li dawn ma jippreżentawx karattru distintiv.
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta ddeċidiet li l-kelma “ZANOTTI”, li tikkostitwixxi l-element verbali tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni, ma għandhiex pożizzjoni distintiva awtonoma, u teskludi għalhekk, minn din il-perspettiva wkoll, l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.