This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CN0295
Case C-295/13: Request for a preliminary ruling from the Landgericht Darmstadt (Germany) lodged on 28 May 2013 — Rechtsanwalt H. (Insolvenzverwalter über das Vermögen der G.T. GmbH) v H. K.
Kawża C-295/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Darmstadt (il-Ġermanja) fit- 28 ta’ Mejju 2013 — Rechtsanwalt H (amministratur ta’ proċedura ta’ falliment ta’ G.T. GmbH) vs H. K.
Kawża C-295/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Darmstadt (il-Ġermanja) fit- 28 ta’ Mejju 2013 — Rechtsanwalt H (amministratur ta’ proċedura ta’ falliment ta’ G.T. GmbH) vs H. K.
ĠU C 226, 3.8.2013, pp. 4–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 226, 3.8.2013, p. 2–2
(HR)
|
3.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/4 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Darmstadt (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Mejju 2013 — Rechtsanwalt H (amministratur ta’ proċedura ta’ falliment ta’ G.T. GmbH) vs H. K.
(Kawża C-295/13)
(2013/C 226/07)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Darmstadt
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Rechtsanwalt H (amministratur ta’ proċedura ta’ falliment dwar l-assi ta’ G.T. GmbH)
Konvenuta: H. K.
Domandi preliminari
dwar l-interpretazzjoni tal-Artikoli 1(2)(b) u 5(1)(a) u (b) kif ukoll 5(3) tal-Konvenzjoni dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1) (il-“Konvenzjoni ta’ Lugano II”) u tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment (2) (ir-“Regolament Nru 1346/2000”):
|
(1) |
Il-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu nbdiet il-proċedura ta’ insolvenza li tikkonċerna l-patrimonju tad-debitriċi għandhom ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu dwar azzjoni mressqa mill-amministratur tal-proċedura ta’ falliment kontra d-direttur tad-debitriċi għall-ħlas lura ta’ pagamenti li saru wara li l-kumpannija saret insolventi jew wara li ġie kkonstatat dejn eċċesiv tal-kumpannija? |
|
(2) |
Il-qorti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu nbdiet il-proċedura ta’ insolvenza li tikkonċerna l-patrimonju tad-debitriċi għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar azzjoni mressqa mill-amministratur tal-proċedura ta’ falliment kontra d-direttur tad-debitriċi għall-ħlas lura ta’ pagamenti li saru wara li l-kumpannija saret insolventi jew wara li ġie kkonstatat dejn eċċesiv tal-kumpannija, fil-każ li d-direttur ma huwiex iddomiċiljat fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, iżda fi Stat li huwa parti kontraenti mill-Konvenzjoni ta’ Lugano II? |
|
(3) |
L-azzjoni msemmija fl-ewwel domanda taqa’ taħt l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000? |
|
(4) |
Jekk l-azzjoni msemmija fl-ewwel domanda ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000 jew jekk il-ġurisdizzjoni tal-qorti ma testendix f’dan ir-rigward għal direttur iddomiċiljat fi Stat li huwa parti kontraenti mill-Konvenzjoni ta’ Lugano II: hemm għalhekk inkwistjoni kawża ta’ falliment fis-sens tal-Artikolu 1(2)(b) tal-Konvenzjoni ta’ Lugano II? |
|
(5) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għar-raba’ domanda:
|
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191.