Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0245

    Kawża C-245/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Wiesbaden (il-Ġermanja) fit- 2 ta’ Mejju 2013 — Holger Priestoph, Matteo Antonio Priestoph, Pia Antonia Priestoph vs Ir-Repubblika Ellenika

    ĠU C 215, 27.7.2013, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 215, 27.7.2013, p. 5–5 (HR)

    27.7.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 215/6


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Wiesbaden (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Mejju 2013 — Holger Priestoph, Matteo Antonio Priestoph, Pia Antonia Priestoph vs Ir-Repubblika Ellenika

    (Kawża C-245/13)

    2013/C 215/06

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landgericht Wiesbaden

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Holger Priestoph, Matteo Antonio Priestoph, Pia Antonia Priestoph

    Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1393/2007, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali [(“servizz ta’ dokumenti”) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000] (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li għandu jiġi kkunsidrat bħala “materji ċivili jew kummerċjali”, fis-sens ta’ dan ir-regolament, rikors li permezz tiegħu, f’sitwazzjoni fejn ir-rikorrent ma jkunx aċċetta proposta magħmula mill-konvenuta fi tmiem ix-xahar ta’ Frar 2012 sabiex jibdel bonds maħruġa mill-konvenuta, mixtrija mir-rikorrent u miżmuma ma’ depożitarju tat-titoli mal-kumpannija S Broker AG, ir-rikorrent jitlob li jiġi kkumpensat id-differenza fil-valur li rriżultat wara l-iskambju ekonomikament żvantaġġuż li minkejja dan ġie impost fuqu f’Marzu 2012?


    (1)  ĠU L 324, p. 79.


    Top