EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0236

Kawża C-236/13 P: Appell ippreżentat fid- 29 ta’ April 2013 minn Biasutti Hotels srl, li kienet Hotels Biasutti Snc mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fl- 20 ta’ Frar 2013 fil-Kawżi magħquda T-278/00 sa T-280/00, T-282/00 sa T-286/00 u T-288/00 sa T-295/00, Albergo Quattro Fontane et vs Il-Kummissjoni

ĠU C 207, 20.7.2013, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 207, 20.7.2013, p. 6–6 (HR)

20.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/21


Appell ippreżentat fid-29 ta’ April 2013 minn Biasutti Hotels srl, li kienet Hotels Biasutti Snc mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fl-20 ta’ Frar 2013 fil-Kawżi magħquda T-278/00 sa T-280/00, T-282/00 sa T-286/00 u T-288/00 sa T-295/00, Albergo Quattro Fontane et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-236/13 P)

2013/C 207/34

Lingwa tal-kawża: Taljan

Partijiet

Appellanti: Biasutti Hotels srl, li kienet Hotels Biasutti Snc (rappreżentanti: A. Bianchini u F. Busetto, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Comitato “Venezia vuole vivere”

Talbiet

tannula d-digriet tal-Qorti Ġenerali appellat;

tilqa’ t-talbiet ifformulati mill-ewwel istanza u, konsegwentement:

tannulla, skont il-każ u fil-limiti tal-interess tar-rikorrenti, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2000/394/KE, tal-25 ta’ Novembru 1999, dwar il-miżuri ta’ għajnuna favur impriżi fuq it-territorju ta’ Venezia u Chioggia, previsti bil-Liġijiet Nru 30/1997 u Nru 206/1995 li jistabbilixxu tnaqqis ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali;

sussidjarjament, tannulla l-imsemmija deċiżjoni sa fejn timponi l-irkupru tat-tnaqqis mogħti u fejn timponi li jiżdied it-tnaqqis allegat li għandu jiġi rkuprat flimkien mal-interessi għall-perijodi msemmija.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż li jirrigwardaw iż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Id-disa’ aggravji li ġejjin tressqu insostenn tal-appell:

 

L-ewwel aggravju: natura żbaljata tad-digriet peress li ma tqisx li l-miżuri inkwistjoni ma kienu jagħtu ebda vantaġġ lill-benefiċjarji tagħhom fid-dawl tan-natura kompensatorja tagħhom

 

It-tieni aggravju: natura żbaljata tad-digriet peress li ma ġietx eskluża jew, fi kwalunkwe każ, evalwata l-kapaċità tal-miżuri inkwistjoni li jaffettwaw il-kompetizzjoni u l-iskambji intraKomunitarji.

 

It-tielet aggravju: natura żbaljata tad-digriet peress li ġiet eskluża l-applikabbiltà tad-derogi msemmija fl-Artikolu 87(2)(b) KE [li sar l-Artikolu 107(2)(b) TFUE] u fl-Artikolu 87(3)(b) KE [li sar l-Artikolu 107(3)(b) TFUE].

 

Ir-raba’ aggravju: natura żbaljata tad-digriet peress li ġiet eskluża l-applikabbiltà tad-deroga msemmija fl-Artikolu 87(3)(ċ) KE [li sar l-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE].

 

Il-ħames aggravju: natura żbaljata tad-digriet peress li ġiet eskluża l-applikabbiltà tad-derogi msemmija fl-Artikolu 87(3)(d) u (e) TFUE].

 

Is-sitt aggravju: natura żbaljata tad-digriet peress li ġiet eskluża l-applikabbiltà tad-deroga msemmija fl-Artikolu 86(2) KE (li sar l-Artikolu 106(2) TFUE).

 

Is-seba’ aggravju: natura żbaljata tad-digriet peress li ġiet eskluża n-natura eżistenti tal-għajnuna bil-konsegwenza ta’ ksur tal-Artikolu 88(3) KE (li sar l-Artikolu 108(3) TFUE) u tal-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 659/1999 (1).

 

It-tmien aggravju: natura żbaljata tad-digriet peress li ġiet eskluża l-applikabblità tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 659/1999 għal dak li jikkonċerna l-ordni ta’ rkupru.

 

Id-disa’ aggravju: natura żbaljata tad-digriet peress li ġiet eskluża l-applikabblità tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 659/1999 għal dak li jikkonċerna l-applikazzjoni ta’ interessi.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).


Top