Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0100

Kawża C-100/13: Rikors ippreżentat fis- 27 ta’ Frar 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

ĠU C 114, 20.4.2013, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/29


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-100/13)

2013/C 114/45

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Wilms u G. Zavvos, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Talbiet tar-rikorrenti

Il-Kummissjoni Ewropea titlob l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti d-deċiżjoni li ġejja:

Il-konvenuta naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini (1), b’mod partikolari skont l-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 6(1), peress illi l-awtoritajiet Ġermaniżi jużaw il-listi tar-regoli ta’ kostruzzjoni sabiex jeħtieġu approvazzjonijiet supplimentari għall-aċċess effettiv għas-suq u l-użu ta’ prodotti ta’ kostruzzjoni minflok ma jadottaw il-metodi u kriterji ta’ evalwazzjoni meħtieġa fil-kuntest tan-normi Ewropej armonizzati.

Tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-konvenuta kisret l-Artikoli 4 u 6 tad-Direttiva 89/106/KEE. L-użu ta’ listi tar-regoli ta’ kostruzzjoni wassal sabiex ikunu meħtieġa approvazzjonijiet minn qabel supplimentari għall-aċċess effettiv għas-suq u għall-użu ta’ dawn il-prodotti. Ta’ spiss, dan ma kienx jikkonċerna rekwiżiti evenwtali li jikkonċernaw karatteristi ġodda. Dan kien jikkonstisti pjottost sabiex jinżammu rekwiżiti ffissati qabel l-armonizzazzjoni li setgħu u jmisshom kienu koperti bl-adozzjoni tal-metodi u tal-kriterji ta’ evalwazzjoni meħtieġa fil-kuntest armonizzat.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 9, p. 296.


Top