Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0096

    Kawża C-96/13: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Frar 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

    ĠU C 129, 4.5.2013, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.5.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 129/8


    Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

    (Kawża C-96/13)

    2013/C 129/15

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Patakia u A. Tokar)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

    Talbiet

    tiddikjara li, peress li imponiet kundizzjonijiet f’sejħa għal offerti miftuħa għall-provvista ta’ servizzi ta’ għajnuna teknika fl-operazzjoni ta’ produzzjoni tal-OPS-IKA [is-sistema ta’ informazzjoni integrata tal-Idryma Koinonikon Asfaliseon (entità Griega tas-siġurtà soċjali, iktar ’il quddiem l-“IKA”)] u tas-sit tal-internet tal-IKA kif ukoll għad-dħul ta’ data fid-databases għal perijodu ta’ tletin xahar (sejħa għal offerti Nru L30/POY/9/5-6-2009 — ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bin-Nru 2009/S110-159234), fejn, minn naħa, l-offerenti ried ikollhom esperjenza fl-eżekuzzjoni ta’ kuntratti simili għal entità Griega tas-sigurtà soċjali u, min-naħa l-oħra, l-esperjenza tas-subappaltaturi ma setgħatx titqies bħala esperjenza tal-offerenti, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2, 44(2) u 48 flimkien mal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18/KE (1).

    tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    (1)

    Il-ksur invokat fl-Artikoli 44(2) u 48 flimkien mal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18/KE tirrigwarda l-proċedura ta’ sejħa għal offerti tal-IKA, bħala awtorità kontraenti, dwar provvista ta’ servizzi ta’ għajnuna teknika fl-operazzjoni ta’ produzzjoni tal-OPS-IKA u tas-sit tal-internet tal-IKA kif ukoll għad-dħul ta’ data fid-databases.

    (2)

    Il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjoni tas-sejħa għal offerti li tirrikjedi l-esperjenza fit-twaqqif ta’ sistema ta’ informazzjoni integrata għal entità tas-siġurtà soċjali fil-Greċja, tikkostitwixxi kundizzjoni ġeografika li tikser il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni skont l-Artikoli 2, 44(2) u 48 tad-Direttiva 2004/18.

    (3)

    Qiegħed jiġi nnotat li fir-risposta għall-opinjoni motivata tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet Griegi obbligaw ruħhom li jagħmlu l-bidliet kollha, f’konformità mal-ilment tal-Kummissjoni, u essenzjalment ammettew il-ksur allegat.

    (4)

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjoni tas-sejħa għal offerti li tipprovdi li l-esperjenza tas-subappaltaturi tal-offerent ma setgħatx titqies bħala esperjenza ta’ dan tal-aħħar tikser l-Artikolu 48 tad-Direttiva 2004/18, peress li, minħabba din il-kundizzjoni, l-offerenti ma jistgħux jibbażaw ruħhom fuq l-esperjenza ta’ terzi sabiex ikunu jistgħu juru li għandhom il-kapaċità teknika meħtieġa sabiex jiġi eżegwit il-kuntratt inkwistjoni.

    (5)

    Fir-risposta tagħhom, l-awtoritajiet Griegi impenjaw ruħhom li fis-sejħa għal offerti l-ġdida tiġi espliċitament ipprovduta l-possibbiltà għall-impriżi offerenti li jkunu jistgħu jibbażaw ruħhom fuq l-esperjenza rilevanti ta’ entitajiet terzi, bħala subappaltaturi, u b’hekk ammettew essenzjalment ukoll it-tieni ilment tal-Kummissjoni.

    (6)

    Madankollu, l-awtoritajiet Griegi ma rnexxilhomx jiffissaw data preċiża għal sejħa għal offerti ġdida u minflok iddeċidew li jestendu l-kuntratt preċedenti, billi taw raġunijiet ta’ ordni pubbliku intern.

    (7)

    Il-Kummissjoni għaldaqstant ikkonstatat li l-ksur invokat tad-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq tad-Direttiva 2004/18 għadu jeżisti u li r-raġunijiet mogħtija ma jistgħux jiġġustifikaw tali ksur, u għalhekk ressqet rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja intiż sabiex tiddikjara tali ksur.


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132.


    Top