This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CC0601
Opinion of Advocate General Wathelet delivered on 18 December 2014.#Ambisig – Ambiente e Sistemas de Informação Geográfica SA v Nersant - Associação Empresarial da Região de Santarém and Núcleo Inicial - Formação e Consultoria Lda.#Request for a preliminary ruling from the Supremo Tribunal Administrativo.#Reference for a preliminary ruling — Directive 2004/18/EC — Public service contracts — Conduct of the procedure — Contract award criteria — Qualifications of the staff assigned to performance of the contract.#Case C-601/13.
Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali M. Wathelet, ippreżentati fit-18 ta’ Diċembru 2014.
Ambisig – Ambiente e Sistemas de Informação Geográfica SA vs Nersant - Associação Empresarial da Região de Santarém u Núcleo Inicial - Formação e Consultoria Lda.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2004/18/KE – Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Żvolġiment tal-proċedura – Kriterju ta’ għoti tal-kuntratti – Kwalifiki tal-persunal assenjat għall-eżekuzzjoni tal-kuntratti.
Kawża C-601/13.
Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali M. Wathelet, ippreżentati fit-18 ta’ Diċembru 2014.
Ambisig – Ambiente e Sistemas de Informação Geográfica SA vs Nersant - Associação Empresarial da Região de Santarém u Núcleo Inicial - Formação e Consultoria Lda.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2004/18/KE – Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Żvolġiment tal-proċedura – Kriterju ta’ għoti tal-kuntratti – Kwalifiki tal-persunal assenjat għall-eżekuzzjoni tal-kuntratti.
Kawża C-601/13.
Court reports – general
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2014:2474
KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI
WATHELET
ippreżentati fit-18 ta’ Diċembru 2014 ( 1 )
Kawża C‑601/13
Ambisig – Ambiente e Sistemas de Informação Geográfica SA
vs
Nersant – Associação Empresarial da Região de Santarém
[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall)]
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2004/18/KE — Kuntratt għal servizzi — Għoti ta’ kuntratt ta’ Offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament — Kriterji ta’ għoti ta’ kuntratt — Evalwazzjoni tal‑kumitat responsabbli mill-eżekuzzjoni tal-kuntratt”
|
1. |
Din il-kawża, mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fil-25 ta’ Novembru 2013, tirrigwarda l-interpretazzjoni tad‑Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal‑31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] ( 2 ). It-talba għal deċiżjoni preliminari saret fil‑kuntest ta’ rikors kontenzjuż pre-kuntrattwali ppreżentat minn Ambisig – Ambiente e Sistemas de Informação Geográfica SA (iktar ’il quddiem “Ambisig”) kontra d-deċiżjoni tal-14 ta’ Frar 2012, tal‑President tal-Kunsill ta’ Amministrazzjoni ta’ Nersant – Associação Empresarial da Região de Santarém (iktar ’il quddiem “Nersant”) li tagħti lill-Iberscal – Consultores Lda kuntratt li jirrigwarda l-akkwist ta’ servizzi ta’ taħriġ u ta’ konsultazzjoni għat-twettiq tal-proġett “Move PME, arja ta’ kwalità, ambjent u sigurtà u saħħa fil-post tax-xogħol, sigurtà fl-ikel Moyen-Tage – PME”. |
I – Il-fatti li taw lok għall-kawża prinċipali u d-domanda preliminari
|
2. |
Fl-24 ta’ Novembru 2011 ( 3 ), Nersant, awtorità kontraenti, ippubblikat avviż ta’ sejħa għal offerti, għall-akkwist ta’ servizzi ta’ taħriġ u ta’ konsultazzjoni għat-twettiq tal-imsemmi proġett “Move PME, arja ta’ kwalità, ambjent u sigurtà u saħħa fil-post tax-xogħol, sigurtà fl-ikel Moyen-Tage – PME”. |
|
3. |
L-Artikolu 5 tal-avviż tal-kuntratt kien jipprovdi li l-kuntratt ser jingħata lill-offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament, li tkun iddeterminata bil-kunsiderazzjoni tal-fatturi segwenti:
Tingħata preferenza lill-offerta li tikseb l-iktar punti.” |
|
4. |
Fir-rapport preliminari tiegħu, il-Bord tal-Għażla tal-għoti tal‑kuntratt inkwistjoni kklassifika lil Iberscal fl-ewwel post. |
|
5. |
Fit-3 ta’ Jannar 2012, Ambisig, li kienet għamlet offerta, eżerċitat id‑dritt għal smigħ preliminari tagħha, billi kkontestat il-legalità tal-fattur A) inkluż fil-kriterji ta’ għoti ta’ kuntratt, jiġifieri l-evalwazzjoni tat‑tim. |
|
6. |
Fir-rapport finali tiegħu adottat fl-4 ta’ Jannar 2012, il-Bord tal‑Għażla annetta addendum iddatat 14 ta’ Frar 2012 fejn ċaħad l‑argumenti ppreżentati minn Ambisig fil-kuntest tal-eżerċizzju tad-dritt ta’ smigħ preliminari tiegħu. Skont dan il-Bord tal-Għażla, dak li jiġi evalwat mill-imsemmi fattur A, “huwa t-tim tekniku konkret li l‑offerent jipproponi sabiex iwettaq ix-xogħol li għandu jkun ipprovdut. L-esperjenza tat-tim tekniku propost hija, f’dan il-każ, karatteristika intrinsika tal-offerta, u mhux karatteristika tal-offerent”. |
|
7. |
Permezz tad-deċiżjoni tal-14 ta’ Frar 2012, il-President tal‑Kunsill ta’ Amministrazzjoni ta’ Nersant, abbażi tal-konklużjonijiet tal-Bord tal-Għażla tal-imsemmi kuntratt ta’ servizz lill-Iberscal u approva l-abbozz tal-kuntratt għal provvista ta’ servizzi. |
|
8. |
Ambisig ressaq quddiem it-Tribunal Administrativo e Fiscal de Leiria (il-Portugall) rikors fil-qasam tal-kontenzjuż pre-kuntrattwali, li permezz tiegħu talab kemm li d-deċiżjoni tal-għoti ta’ kuntratt inkwistjoni tiġi annullata kif ukoll sabiex l-għan tar-rikors jiġi estiż għall-annullament tal-imsemmi kuntratt. |
|
9. |
Peress li t-Tribunal Administrativo e Fiscal de Leiria ċaħad ir‑rikors fl-intier tiegħu, Ambisig ippreżentat appell quddiem it-Tribunal Central Administrativo Sul. |
|
10. |
Waqt li kkonfermat is-sentenza mogħtija mill-qorti tal-ewwel istanza, il-qorti tal-appell ikkunsidrat li l-fattur previst fil-punt A tal‑Artikolu 5 tal-avviż tal-kuntratt, ikkontestat bħala kriterju ta’ għoti ta’ kuntratt, kien konformi mal-Artikolu 75(1) tal-Kodiċi dwar il‑kuntratti pubbliċi (Código dos Contratos Públicos, iktar ’il quddiem is-“CCP”), sa fejn huwa jirrigwarda “it-tim propost sabiex jeżegwixxi l‑kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi mitluba, u mhux, direttament jew indirettament, sitwazzjonijiet, kwalitajiet jew karatteristiċi jew elementi fattwali oħra dwar l-offerenti”. |
|
11. |
Ambisig ippreżentat appell kontra din is-sentenza quddiem is‑Supremo Tribunal Administrativo, billi allegat essenzjalment li l‑kriterju ta’ għoti ta’ kuntratt ikkontestat mhux biss kien illegali fid‑dawl tal-Artikolu 75(1) tas-CCP iżda jmur ukoll kontra d‑dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/18. |
|
12. |
Skont id-deċiżjoni tar-rinviju tas-Supremo Tribunal Administrativo, il-kwistjoni tad-dritt li għandha tiġi deċiża hija dwar jekk kriterji bħal dawk previsti fl-Artikolu 5 A tal-avviż tal-kuntratt inkwistjoni humiex ammissibbli bħala kriterji ta’ għoti ta’ kuntratt fi proċeduri ta’ kuntratti pubbliċi li jirrigwardaw l-akkwist ta’ servizzi u ta’ konsultazzjoni. |
|
13. |
Is-Supremo Tribunal Administrativo jirrileva li rriżulta element ġdid meta mqabbel mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar id‑direttivi tal-kuntratti pubbliċi, peress li l-Kummissjoni Ewropea ppreżentat abbozz ta’ direttiva li tista’ tibdel l-analiżi ta’ din id‑domanda ( 4 ). |
|
14. |
F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju ddeċidiet li tissospendi d‑deċiżjoni u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d‑domanda preliminari li ġejja: “Għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi, ta’ natura intellettwali, ta’ taħriġ u ta’ konsultazzjoni, huwa kompatibbli mad-Direttiva [2004/18], u l-emendi rispettivi tagħha, li jiġi stabbilit, fost il-fatturi li jifformaw il-kriterju ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku, fattur ta’ evalwazzjoni tat-timijiet konkretament proposti mill-offerenti għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt, fid-dawl tal-kostituzzjoni differenti tagħhom, l-esperjenza pprovata tagħhom u l-analiżi tal-kurrikulu tagħhom?” |
II – Analiżi
|
15. |
Jista’ jiġi nnotat mill-bidu nett li Nersant, l-Istati Membri kollha li ppreżentaw osservazzjonijiet f’din il-kawża, jiġifieri l-Gvern Portugiż, dak Elleniku u dak Pollakk, kif ukoll il-Kummissjoni jipproponu, essenzjalment, li r-risposta għad-domanda preliminari għandha tkun fl‑affermattiv. Min-naħa tagħha, Ambisig ma ppreżentatx osservazzjonijiet bil-miktub, iżda pparteċipat fis-seduta li nżammet fis‑16 ta’ Novembru 2014. |
A – Osservazzjonijiet preliminari
|
16. |
L-ewwel nett, ir-raġunament tiegħi ser ikun ibbażat esklużivament fuq id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/18, l-uniċi li huma rilevanti ratione temporis, peress li d-Direttiva l-ġdida bl-ebda mod ma tapplika f’dan il-każ ( 5 ). |
|
17. |
It-tieni nett, għal dak li jirrigwarda l-prinċipji, għandha ssir distinzjoni bejn il-kriterji ta’ selezzjoni u l-kriterji ta’ għoti. Filwaqt li s-selezzjoni ta’ offerent tirrigwarda s-sitwazzjoni personali tiegħu u l‑kapaċità tiegħu li jwettaq l-attività professjonali inkwistjoni, il-kuntratt jingħata lill-offerent li jippreżenta l-offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament mill-perspettiva tal-awtorità kontraenti [Artikolu 53(1)(a) tad-Direttiva 2004/18] jew li tipproponi l-iktar prezz baxx [paragrafu 1 (b) tal-istess artikolu]. |
|
18. |
Fi kliem ieħor, huwa loġiku li, fil-mument tal-għoti tal-kuntratt, ma huwiex (jew lanqas ma huwa) l-offerent li huwa evalwat, iżda l-offerta tiegħu. |
|
19. |
Barra minn hekk, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam tal-proċedura tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi, il-verifika tal‑kapaċità tal-offerenti li jeżegwixxu l-kuntratti li ser jingħataw u l‑għoti ta’ dawn il-kuntratti huma żewġ operazzjonijiet distinti. Anki jekk id-direttivi rilevanti ma jeskludux li l-verifika tal-kapaċità tal‑offerenti u l-għoti ta’ kuntratt jistgħu jsiru fl-istess ħin, iż-żewġ operazzjonijiet huma rregolati minn regoli differenti ( 6 ) u għandhom għanijiet differenti. |
|
20. |
F’dan il-kuntest, l-Artikolu 44(1) tad-Direttiva 2004/18 jipprovdi li l-għoti ta’ kuntratti jseħħ wara l-verifika tal-kapaċità tal-operaturi ekonomiċi fid-dawl tal-kriterji relatati mal-kapaċità ekonomika u finanzjarja tagħhom kif ukoll il-konoxxenzi tagħhom jew il-kapaċitajiet professjonali u tekniċi tagħhom. |
|
21. |
Għalkemm huwa minnu li d-Direttiva 2004/18 tħalli f’idejn l‑awtoritajiet kontraenti l-għażla tal-kriterji ta’ għoti tal-kuntratti li għandhom jikkunsidraw, xorta waħda jibqa’ l-fatt li din l-għażla għandha tkun limitata għal kriterji intiżi biex jidentifikaw l-offerta l‑iktar vantaġġuża ekonomikament ( 7 ), u għalhekk l-offerta li tippreżenta l‑aħjar valur għall-flus. |
B – Il-ġurisprudenza
|
22. |
Fil-kuntest tad-Direttiva 92/50/KEE ( 8 ), il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet dwar il-kwistjoni jekk din id-direttiva tipprekludix, fil-kuntest ta’ proċedura għall-għoti ta’ kuntratti, lill-awtorità kontraenti milli tieħu inkunsiderazzjoni l-esperjenza, il-persunal u t-tagħmir tal-offerenti kif ukoll il-kapaċità tagħhom li jeżegwixxu l-kuntratt saż-żmien stabbilit mhux bħala kriterji ta’ selezzjoni kwalitattiva, iżda bħala kriterji ta’ għoti ta’ kuntratti. |
|
23. |
Fis-sentenza Lianakas et (C‑532/06, EU:C:2008:40) ( 9 ) il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet:
|
|
24. |
B’hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat il-ġurisprudenza ( 10 ) tagħha, li l-verifika tal-kapaċità tal-offerenti li jeżegwixxu x-xogħol mogħti u l-għoti ta’ kuntratt huma, fil-kuntest tal-għoti ta’ kuntratt pubbliku, żewġ operazzjonijiet distinti u rregolati minn regoli differenti. |
|
25. |
In-nuqqas ta’ distinzjoni bejn il-kriterji ta’ selezzjoni kwalitattiva u l-kriterji ta’ għoti ta’ kuntratti wassal, barra minn hekk, lill-Qorti tal‑Ġustizzja tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Il-Greċja (C‑199/07, EU:C:2009:693) ( 11 ). |
|
26. |
F’dan il-kuntest, għandu jiġi rrilevat li l-formulazzjoni tal‑Artikolu 36(1)(a) tad-Direttiva 92/50, intitolat “Kriterji għall-għoti ta’ kuntratti” hija, essenzjalment identika għall-formulazzjoni tal‑Artikolu 53(1)(a) tad-Direttiva 2004/18 (bl-esklużjoni tal‑introduzzjoni minn din id-direttiva ta’ tliet kriterji ġodda li jirrigwardaw il-karatteristiċi ambjentali, l-ispejjeż rikorrenti u l-effett ta’ spiża) ( 12 ). |
|
27. |
Madankollu, meta mqabbla mad-Direttiva 92/50, id-Direttiva 2004/18 donnha tagħti iktar importanza lill-kriterji kwalitattivi, sa fejn hija tipprovdi, fit-tielet inċiż tal-premessa 46 tagħha, “[f]ejn l-awtoritajiet kuntrattwali jagħżlu li jassenjaw il-kuntratt għall-offerta l-aktar vantaġġjuża ekonomikament, huma għandhom jassessjaw l-offerti fl-ordni biex jiddeterminaw liema waħda toffri l-aħjar valur għall-flus. Sabiex isir dan, huma għandhom jiddeterminaw il-kriterji ekonomiċi u ta’ kwalità li, jekk teħodha sħiħa, tista’ tkun possibli li tiġi determinata l-aktar offerta vantaġġjuża ekonomikament għall-awtorità kuntrattwali. Id-determinazzjoni ta’ dawn il-kriterji tiddependi fuq l-oġġett tal-kuntratt peress illi tħalli l-livell ta’ l-esekuzzjoni mgħoti minn kull offerta biex tiġi assessjata fid-dawl ta’ l-oġġett tal-kuntratt, kif definit fl-ispeċifikazzjonijiet Tekniċi, u l-valur tal-flus ta’ kull offerta tiġi mkejjla” ( 13 ). |
|
28. |
Barra minn hekk, jiena naħseb (bħall-Kummissjoni) li l-fatt li l‑Artikolu 53(1)(a) tad-Direttiva 2004/18 ma jsemmix espressament it‑titoli ta’ studju jew professjonali tal-membri tat-tim propost u lanqas ir-rilevanza tal-esperjenza tagħhom sabiex jeżegwixxu l-kuntratt ma jistax jitqies li huwa determinanti, peress li l-kriterji ta’ għoti ta’ kuntratt inklużi f’din id-dispożizzjoni huma elenkati biss bħala eżempji. Għalhekk, huwa ċar li l-Artikolu 53(1)(a) tad‑Direttiva 2004/18 ( 14 ) iħalli f’idejn l-awtorità kontraenti l-għażla tal‑kriterji ta’ għoti ta’ kuntratt li għandha tikkunsidra, sakemm dawn ikunu intiżi li tiġi identifikata l-offerta l-iktar vantaġġuża ekonomikament. Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza jirriżulta, bħal ma jirriżulta mit‑test tal-Artikolu 53(1)(a) tad-Direttiva 2004/18 li l-kriterji marbuta mal-għan tal-kuntratt biss ( 15 ) jistgħu jkunu kkunsidrati għall-għoti tal‑kuntratt inkwistjoni. |
|
29. |
L-eżempji ċċitati fl-Artikolu 53(1)(a) tad-Direttiva 2004/18, meta “l-għotja tingħata lil offerta l-aktar vantaġġuża ekonomikament”, huma l-kwalità, il-prezz, il-mertu tekniku, in-natura estetika u funzjonali, il-karatteristiċi ambjentali, l-ispejjeż rikorrenti, l-effett ta’ spiża, is-servizz ta’ wara l-bejgħ u l-għajnuna teknika, id-data tal-kunsinna kif ukoll il-perijodu ta’ kunsinna jew ta’ tlestija. |
|
30. |
F’dan il-kuntest, fl-opinjoni tiegħi, it-tim tekniku ppreżentat mill‑offerenti fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti għall-provvista ta’ servizzi ta’ natura intellettwali, bħal f’dan il-każ, is-servizzi ta’ taħriġ u ta’ konsultazzjoni, huwa aspett intrinsikament marbut mal-għan tal‑kuntratt, b’mod partikolari fil-kwalità tiegħu, peress li din l‑evalwazzjoni ma tinkludi bl-ebda mod l-evalwazzjoni tal-kapaċità jew l-idoneità astratta tal-offerenti sabiex jeżegwixxu l-kuntratt, iżda għandha tevalwa l‑offerta, jiġifieri r-riżorsi (umani f’dan il-każ) effettivament assenjati għal din l-eżekuzzjoni. |
|
31. |
Dan japplika a fortiori fil-każijiet ta’ servizzi kumplessi, fejn ikun hemm konnessjoni stretta bejn, b’mod partikolari, il-kwalifiki professjonali tal-persunal u l-valur ekonomiku tal-offerti. |
|
32. |
Fil-fatt, jiena naħseb (bħall-Kummissjoni) li, f’ċerti każijiet, l‑awtorità kontraenti tista’ tispeċifika, fl-avviż tal-kuntratt, li l-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat sabiex jeżegwixxi l-kuntratt jista’ jkollu rwol determinanti fl-evalwazzjoni tal-valur ekonomiku tal-offerti ppreżentati. |
|
33. |
Dan il-kriterju relatat mal-kwalifiki tekniċi u professjonali tal‑membri tat-tim responsabbli mill-eżekuzzjoni tal-kuntratt jista’ jiġi kkunsidrat meta, minn naħa, in-natura stess tiegħu tiġġustifikah u, min‑naħa l-oħra, meta t-tim responsabbli mill-eżekuzzjoni tiegħu jkun determinanti għall-valur ekonomiku li l-awtorità kontraenti tagħti lil kull offerta. Il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal ikkonċernat ikunu għalhekk meħuda inkunsiderazzjoni sabiex jiġu evalwati l-offerti u sabiex jiġi stabbilit liema waħda tippreżenta l-aħjar valur għall-flus. |
|
34. |
Dan huwa dak li jindika t-tielet inċiż tal-premessa 46 tad‑Direttiva 2004/18 li jippermetti l-użu ta’ kriterji ta’ għoti ta’ kuntratt skont “l-oġġett tal-kuntratt peress illi tħalli l-livell ta’ l-esekuzzjoni mgħoti minn kull offerta biex tiġi assessjata fid-dawl ta’ l-oġġett tal‑kuntratt [ ( 16 )], kif definit fl-ispeċifikazzjonijiet Tekniċi, u l-valur tal‑flus ta’ kull offerta tiġi mkejjla”. |
|
35. |
Dan jimplika li, sa fejn il-karatteristiċi u l-kwalitajiet speċifiċi tal-persunal jikkostitwixxu element determinanti tal-valur ekonomiku tal-offerta, is-sostituzzjoni mhux awtorizzata matul l-eżekuzzjoni tal‑kuntratt ta’ kwalunkwe membru tat-tim propost tkun tali li tnaqqas dan il-valur mill-perspettiva tal-awtorità kontraenti. Barra minn hekk jiena ninnota li l-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea żied dan il-kliem (jiġifieri “skond l‑opinjoni ta’ l-awtorità kontrattwanti”) fl-Artikolu 53(1)(a) tad‑Direttiva 2004/18 meta mqabbel mal-Artikolu 36(1)(a) tad‑Direttiva 92/50, u b’hekk enfasizza b’mod ċar il-marġni ta’ diskrezzjoni tal-awtoritajiet kontraenti fl-għażla tal-kriterji. |
|
36. |
Fil-fatt, kif ġustament irrilevaw il-Gvern Portugiż, dak Elleniku u dak Pollakk, fil-kuntest ta’ kuntratti għal servizzi intellettwali, l‑esperjenza professjonali tal-persunal li jkun ser jeżegwixxi l-kuntratt inkwistjoni teżerċita effett dirett fuq il-kwalità tas-servizzi pprovduti minn dan il-persunal. |
|
37. |
Huwa inkontestabbli li, f’kuntratti għal servizzi intellettwali, ma hijiex biss il-kapaċità tal-offerent li hija eżaminata, iżda wkoll il‑kapaċità (jew l-esperjenza professjonali) tal-persunal li ser ikun responsabbli mill-provvista ta’ dawn is-servizzi, jiġifieri l-“persunal prinċipali” identifikat fl-offerta. |
|
38. |
Il-kompetenzi, l-esperjenza u l-effikaċja b’mod ġenerali tat-tim inkarigat jikkostitwixxu għalhekk karatteristiċi intrinsiċi tal-offerta ta’ servizzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn dawn jaqgħu fl-evalwazzjoni tal-kwalità tal-offerta u mhux tal-idoneità ekonomika, teknika u professjonali tal-offerent sabiex jiżgura eżekuzzjoni tajba tal‑kuntratt. |
|
39. |
Għalhekk, jiena naqbel mal-affermazzjoni tal-Gvern Portugiż, dak Elleniku u dak Pollakk li l-esperjenza professjonali tal-persuni li effettivament jipprovdu tali servizzi tista’ tkun parti mill-kriterji ta’ selezzjoni tal‑offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament imsemmija fl‑Artikolu 53 tad-Direttiva 2004/18. |
|
40. |
Huwa interessanti li hawnhekk jiġi nnotat li din il-problema kienet indirizzata fit-talba għal deċiżjoni preliminari fil-kawża Lianakis et (C‑532/06, EU:C:2008:40) ( 17 ), u dan fil-kuntest ta’ kriterji ta’ għoti ta’ kuntratt u tal-evalwazzjoni tiegħu. Il-qorti tar-rinviju kienet ippreċiżat li “[b]arra minn hekk, huwa bla dubju korrett li l-avviż tal-kuntratt jeħtieġ, taħt piena ta’ inammissibbiltà, il-produzzjoni ta’ dikjarazzjoni li tindika t-tip ta’ relazzjoni ta’ xogħol li teżisti mal-persunal; madankollu, il-fatt li uħud mill-membri tal-grupp ta’ konsulenza huma ddikjarati bħala kollaboraturi permanenti tal-uffiċċju ta’ konsulenza Planitiki ma jikkostitwixxix nuqqas li jwassal għall-esklużjoni, peress li din id‑dikjarazzjoni tispeċifika suffiċjentement ir-relazzjoni ta’ dawn il‑membri mal-uffiċċju ta’ konsulenza; għall-kuntrarju, hija differenti, il-kwistjoni dwar jekk huwiex leġittimu li, għall-evalwazzjoni tal‑esperjenza tal-uffiċċju ta’ konsulenza, eventwalment ittieħdet inkunsiderazzjoni l-esperjenza ta’ dawk li kienu biss kollaboraturi, li ma humiex sieħba jew impjegati tal-uffiċċju ta’ konsulenza jew ma jikkollaborawx għat-twettiq tal-konsulenza […]”. |
|
41. |
F’dan il-każ, mill-proċess ippreżentat jidher li jirriżulta, bħalma ġie sottomess lill-Qorti tal-Ġustizzja, li dak li kien evalwat bil-fattur A “Evalwazzjoni tat-tim propost” kien effettivament it-tim tekniku konkret li kull wieħed mill-offerenti ppropona li jassenja għall‑eżekuzzjoni tal-kuntratt – filwaqt li l-Bord tal-Għażla analizza l‑kompożizzjoni, l-esperjenza, il-profil u l-kompetenza teknika‑xjentifika ta’ kull wieħed mill-professjonisti li jifforma parti minn dan it-tim – u li, għalhekk, l-esperjenza tat-tim tekniku propost kienet, f’dan il-każ, karatteristika intrinsika tal-offerta u mhux karatteristika tal-offerent. |
|
42. |
Kif tispjega Nersant, il-kwalità tas-servizzi tiddependi, fil-parti l‑kbira tagħha, fuq il-persuni responsabbli mill-għoti ta’ dawn is‑servizzi. Fil-fatt, jiena nirrileva li hawnhekk, fin-nota globali sabiex tinkiseb l-offerta l-iktar vantaġġuża ekonomikament, il-prezz kien jgħodd biss għal 5 % kontra 40 % għall-evalwazzjoni tat-tim u 55 % għall‑kwalitajiet u l-merti tas-servizz propost (ara punt 3 ta’ dawn il‑konklużjonijiet). Huwa ċar li l-kwalità kienet kriterju importanti ħafna f’dan il-każ. Għaldaqstant, għandha ssir distinzjoni bejn analiżi astratta tas-saħħa tal-persunal ta’ impriża li tista’ titqies li hija karatteristika tal-offerent (li tkun eskluża fil-kuntest tal‑evalwazzjoni tal-offerti) u analiżi konkreta tal-esperjenza u tal‑kompetenzi tal-persunal li ser iwettaq l-eżekuzzjoni tal-imsemmi kuntratt li ma hijiex karatteristika tal-offerent, iżda karatteristika tal‑offerta tiegħu (li hija, fl-opinjoni tiegħi, perfettament aċċettabbli fil‑kuntest tal-evalwazzjoni tal-offerti). |
|
43. |
Jiena naħseb ukoll li din id-distinzjoni bejn analiżi astratta u analiżi konkreta tal-persunal ma hijiex kuntrarja għas-sentenzi Lianakis et (C‑532/06, EU:C:2008:40) kif ukoll Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C‑199/07, EU:C:2009:693). |
|
44. |
Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà fis-sentenza Beentjes (31/87, EU:C:1988:422) ma skartatx il-possibbiltà li, fil-mument tas-selezzjoni, kien xieraq li tiġi evalwata l-kapaċità tal-offerent u, fil-mument tal‑għoti, li jiġu evalwati l-kompetenzi partikolari tal-membri tat-tim tal‑proġett (“project team”). Fil-punt 30 tas-sentenza Lianakis et (C‑532/06, EU:C:2008:40), il-Qorti tal-Ġustizzja rreferiet għall-fatt li mhux xieraq li tiġi ttrattata bħala kriterju ta’ għoti ta’ kuntratt “l-evalwazzjoni ta’ l-idoneità ta’ l-offerenti biex jeżegwixxu l-kuntratt in kwistjoni” (punt 30) (enfasi miżjuda minni) ( 18 ). |
|
45. |
Fi kwalunkwe każ, jista’ jiġi sostnut li s-sitwazzjonijiet fattwali li taw lok għas-sentenzi Lianakis et (C‑532/06, EU:C:2008:40) u Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C‑199/07, EU:C:2009:693) huma differenti minn dawk li fuqhom hija bbażata din il-kawża. |
|
46. |
Fil-fatt, fl-imsemmija kawża Lianakis et, l-awtorità kontraenti kienet stabbilixxiet bħala kriterji ta’ għoti ta’ kuntratt l-“esperjenza”, billi għamlet riferiment għall-ammont ta’ studji mwettqa mill-impriża offerenti matul l-aħħar tliet snin kif ukoll “il-persunal u t-tagħmir tal‑grupp”, billi kkunsidrat il-persunal tal-grupp ta’ konsulenza ( 19 ). |
|
47. |
Dawn il-kriterji kienu ġeneriċi wisq u kienu jirrigwardaw l‑offerent, mingħajr riferiment għax-xogħol effettivament imwettaq għall-kuntrarju tal-kriterju użat hawnhekk, li huwa ferm iktar preċiż u jirrigwarda t-tim tekniku li ser ikun responsabbli mill-eżekuzzjoni tal‑kuntratt: “A) Evalwazzjoni tat-tim: 40 %. (i) Dan il-fattur jinkiseb bit-teħid inkunsiderazzjoni tal-kostituzzjoni tat-tim, tal-esperjenza pprovata u tal-analiżi tal-kurrikulu” (punt 2.2.1 tat-talba għal deċiżjoni preliminari) (enfasi miżjuda minni). |
|
48. |
Għall-kuntrarju, għal dak li jirrigwarda l-esperjenza bħala kriterju ta’ għoti ta’ kuntratt, fis-sentenza Lianakis et (C‑532/06, EU:C:2008:40), l-awtorità kontraenti “[i]kkonstatat [li hija] kellha tiġi evalwata skond l-ammont ta’ proġetti mwettqa. B’hekk, offerent kellu jirċievi 0 punti għal ammont li ma jaqbiżx EUR 500 000, 6 punti għal ammont bejn EUR 500 000 u EUR 1 000 000, 12 il-punt għal ammont bejn EUR 1 000 000 u EUR 1 500 000, etcetera sa l-ogħla marka ta’ 60 punt għal ammont li jaqbeż EUR 12 000 000” (punt 14 ta’ dik is-sentenza). Huwa biss l‑ammont globali ta’ proġetti mwettqa li kien determinanti. |
|
49. |
Għal dak li jirrigwarda t-tieni kriterju ta’ għoti ta’ kuntratt, jiġifieri l-persunal u t-tagħmir tal-uffiċċju, dawn tal-aħħar “kellhom jiġu evalwati skond id-daqs tat-tim tal-proġett. Għalhekk, offerent kellu jirċievi 2 punti għal grupp ta’ 1 sa 5 persuni, 4 punti għal grupp ta’ 6 sa 10 persuni, etcetera, sa l-ogħla marka ta’ 20 punt għal grupp li jaqbeż il-45 persuna” [punt 15 tas-sentenza Lianakis et (C‑532/06, EU:C:2008:40)]. Mill-ġdid, huwa biss id-daqs (tkun xi tkun il-kompożizzjoni u l-esperjenzi konkreti) li kien determinanti. |
|
50. |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tat-tielet kriterju ta’ għoti ta’ kuntratti (il-kapaċità li l-uffiċċju jwettaq l-istudju fiż-żmien stabbilit), din “kellha tiġi evalwata skond l-ammont ta’ impenji li daħal għalihom l-uffiċċju. B’hekk, offerent kellu jirċievi l-marka massima ta’ 20 punt għal ammont ta’ anqas minn EUR 15 000, 18-il punt għal ammont bejn EUR 15 000 u EUR 60 000, 16-il punt għal ammont bejn EUR 60 000 u EUR 100 000, etcetera, sal-marka l-iżjed baxxa ta’ 0 punti għal ammont li jaqbeż il-EUR 1 500 000” (punt 16 ta’ dik is-sentenza). Għal darb’oħra, ebda konnotazzjoni kwalitattiva konkreta ma ġiet ikkunsidrata. |
|
51. |
Għaldaqstant, huwa ċar li, għall-kuntrarju ta’ din il-kawża, l‑evalwazzjoni fis-sentenza Lianakis et (C‑532/06, EU:C:2008:40), tirrigwarda l-impriża offerenti (u l‑esperjenza tagħha b’mod ġenerali) u mhux it-tim tekniku li kellu jwettaq il-kuntratt (u l-esperjenza speċifika tiegħu). |
|
52. |
Bl-istess mod, fil-kawża Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C‑199/07, EU:C:2009:693), il-kriterju ta’ għoti ta’ kuntratt kien ibbażat fuq l‑evalwazzjoni tal-esperjenza ġenerali u speċifika tal-impriża offerenti, b’mod partikolari tax-xogħol ta’ twettiq ta’ proġetti simili, kif ukoll fuq il-kapaċità li teżegwixxi l-kuntratt fit-terminu stabbilit. |
|
53. |
Bħal Nersant, jiena nqis li fiż-żewġ każijiet, il-kriterji ddefiniti kienu jirrigwardaw l-idoneità jew il-kapaċità astratti tal-offerenti fir‑rigward tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt, u mhux tat-timijiet tekniċi konkreti li kellhom iwettqu din l-eżekuzzjoni. |
|
54. |
B’hekk, fl-opinjoni tiegħi, mis-sentenzi Lianakis et (C‑532/06, EU:C:2008:40) kif ukoll Il‑Kummissjoni vs Il-Greċja (C‑199/07, EU:C:2009:693) ma jirriżultax li t-tim tekniku konkret li kellu jwettaq il-kuntratt ma jistax ikun suġġett għall-evalwazzjoni fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-offerti, iżda biss li l‑għoti ta’ kuntratt ma jistax jistrieħ fuq kriterju bbażat fuq l-idoneità tal-offerent li jeżegwixxi kuntratt (idoneità stabbilita fuq il-kapaċità ddefinita b’mod astratt). |
|
55. |
Bl-istess mod, l-evalwazzjoni li l-awtorità kontraenti għandha tagħmel tat-tim propost, mill-operatur ekonomiku, għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt inkwistjoni, li jirrigwarda l-provvista ta’ servizzi ta’ natura intellettwali, hija intiża sabiex tevalwa l-kwalità offruta mill-operatur ekonomiku għas-servizzi li għandhom jiġu pprovduti. Għalhekk hija tirrigwarda kriterju intiż għas-selezzjoni tal-offerta li tippreżenta l-aħjar valur għall-flus. |
|
56. |
Kif jirrilevaw Hölzl u Friton ( 20 ), l-ammissibbiltà ta’ kriterju ta’ għoti ta’ kuntratt tiddependi mill-kwistjoni dwar jekk dan tal-aħħar huwiex marbut mal-evalwazzjoni tal-kapaċità tal-offerent li jeżegwixxi l-kuntratt inkwistjoni jew jekk huwiex intiż li jidentifika l-offerta l-iktar vantaġġuża ekonomikament. F’din l-aħħar sitwazzjoni, l-esperjenza tat‑tim jew tal-persunal li ser iwettaq is-servizzi previsti mill-kuntratt inkwistjoni tista’ effettivament tintuża. |
|
57. |
Is-sentenza Lianakis et (C‑532/06, EU:C:2008:40) ma tipprekludix tali interpretazzjoni ( 21 ). Fil-fatt, f’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li huma esklużi, bħala kriterji ta’ għoti ta’ kuntratt, kriterji li “huma essenzjalment marbuta” ma’ jew “jikkonċernaw […] prinċipalment” l‑evalwazzjoni tal-idoneità tal-offerenti li jeżegwixxu l-kuntratt inkwistjoni. Dan jippermetti għalhekk li jintużaw kriterji li, għalkemm jirrigwardaw ukoll il-kwistjoni tal-idoneità tal-offerent li jeżegwixxi l‑kuntratt, huma intiżi prinċiparjament sabiex jidentifikaw l-offerta l‑iktar vantaġġuża ekonomikament. |
|
58. |
Ma huwiex inutili li jiġu ċċitati sentenzi oħrajn tal-Qorti tal‑Ġustizzja u, fl-ewwel lok, is-sentenza GAT (C‑315/01, EU:C:2003:360), preċedenti għas-sentenza Lianakis et (C‑532/06, EU:C:2008:40). F’dik is‑sentenza, awtorità kontraenti Awstrijaka kienet fetħet sejħa għal offerti pubbliċi għall-provvista ta’ vettura speċjali (vettura għat-tindif tat-toroq) intiża għall-ġestjoni u l-amministrazzjoni ta’ awtostrada. Is‑sejħa għal offerti kienet tipprovdi li, “fid-dawl tal-evalwazzjoni tal‑offerti sabiex tiġi ddeterminata l-offerta l-iktar vantaġġuża ekonomikament, l-awtorità kontraenti għandha tikkunsidra n-numru ta’ referenzi relatati mal-prodotti offerti mill-offerenti lill-klijenti oħra”, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat hawnhekk b’ċerta importanza “mingħajr ma eżaminat jekk l-esperjenza ta’ dawn [il-klijenti] fir-rigward tal‑prodotti mixtrija kinitx tajba jew ħażina” (punt 57). |
|
59. |
Fil-punt 64 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, għalkemm l-Artikolu 26(1) tad-Direttiva 93/36/KEE ( 22 ) iħalli f’idejn l‑awtorità kontraenti l-għażla tal-kriterji ta’ għoti ta’ kuntratt li hija ser tikkunsidra, din l-għażla għandha twassal biss għall-kriterji intiżi li tiġi identifikata l-offerta l-iktar vantaġġuża ekonomikament. Għalhekk, “għandu jiġi kkonstatat li l-preżentazzjoni ta’ lista tal-provvisti prinċipali mwettqa matul l-aħħar tliet snin, li tindika l-ammont, id-data u d-destinatarju pubbliku jew privat, jidhru espressament fost ir‑referenzi probatorji jew mezzi ta’ prova li, skont l-Artikolu 23(1)(a) tad-Direttiva 93/36, jistgħu jkunu meħtieġa sabiex jiġġustifikaw il-kapaċità teknika tal-fornituri” (punt 65). |
|
60. |
Barra minn hekk, “sempliċi lista ta’ referenzi, kif titlob is-sejħa għal offerti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tinkludi biss l-identità u n-numru ta’ klijenti preċedenti tal-offerenti, iżda ma tinkludi ebda dettalji oħra dwar il-provvisti mwettqa lil dawn il-klijenti, ma tagħti ebda indikazzjoni li tippermetti li tiġi identifikata l-offerta l-iktar vantaġġuża ekonomikament, fis-sens tal-Artikolu 26(1)(b) tad‑Direttiva 93/36, u għalhekk fl-ebda każ ma tista’ tikkostitwixxi kriterju ta’ għoti ta’ kuntratt fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni” (punt 66). |
|
61. |
Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li “d‑Direttiva 93/36 tipprekludi li, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku għal provvisti, l-awtorità kontraenti tikkunsidra numru ta’ referenzi dwar prodotti offruti mill-offerenti lil klijenti oħra mhux bħala kriterji għal verifika tal-idoneità tagħhom li jeżegwixxi l-kuntratt inkwistjoni, iżda bħala kriterji ta’ għoti tal-imsemmi kuntratt” (punt 67). |
|
62. |
Fl-opinjoni tiegħi, jirriżulta li l-Qorti tal-Ġustizzja ma eskluditx fil-prinċipju l-użu ta’ listi ta’ referenzi bħala kriterji ta’ għoti ta’ kuntratt, iżda dan unikament sa fejn huma jipprovdu indikazzjoni dwar il-kwalità [pereżempju, billi jsemmu jekk l-esperjenza tal-klijenti mal-prodotti kinitx tajba jew ħażina (ara l-punt 57 ta’ dik is-sentenza)], fi kliem ieħor indikazzjoni li tippermetti li tiġi indikata l-offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament ( 23 ). |
|
63. |
Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza tagħha Evans Medical u Macfarlan Smith (C‑324/93, EU:C:1995:84) ma talbitx li l-kriterji ta’ selezzjoni u l-kriterji ta’ għoti ta’ kuntratt ikunu reċiprokament esklużivi, u aċċettat li kriterju ffokat fuq l-offerent (jiġifieri, il-kapaċità tiegħu li jiżgura l-provvista b’mod affidabbli u kostanti) jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni fl-għoti. |
|
64. |
Fl-aħħar nett, jista’ jiġi rrilevat li, filwaqt li l-affidabbiltà hija speċifikament imsemmija fid-direttivi dwar il-kuntratti pubbliċi bħala kriterju ta’ selezzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja tinnota, fis-sentenza EVN u Wienstrom (C‑448/01, EU:C:2003:651, punt 70), li “s-sigurtà ta’ provvista tista’, fil-prinċipju, tkun waħda mill-kriterji ta’ għoti ta’ kuntratt li sservi sabiex tiġi ddeterminata l-offerta l-iktar vantaġġuża ekonomikament”. |
|
65. |
Insemmi wkoll il-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-kawżi dwar il-kuntratti pubbliċi mogħtija mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u li hija ta’ interess hawnhekk għaliex dawn il-kuntratti ngħataw abbażi ta’ dispożizzjonijiet li l-formulazzjoni tagħhom hija identika għat-termini tad-Direttiva 2004/18 applikabbli għal din il-kawża. |
|
66. |
Fil-Kawża Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (T‑589/08, EU:T:2011:73) [deċiża wara s-sentenza Lianakis et (C‑532/06, EU:C:2008:40), l-appell mis‑sentenza tal-Qorti Ġenerali kien miċħud mill-Qorti tal-Ġustizzja permezz tad-digriet Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (C‑235/11 P, EU:C:2011:791)], qamet il-kwistjoni dwar in-numru ta’ jiem indikat għall-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet fi proċedura ta’ sejħa għal offerti. Il-Qorti Ġenerali nnotat li, “fir-rapport tiegħu, il-Kumitat ta’ Evalwazzjoni [kien] irrileva li ‘in-numru ta’ jiem għall-eżekuzzjoni tax‑xogħlijiet tal-kuntratt kien jidher wisq żgħir’ u li ‘dan nissel dubji serji dwar il-possibbiltà li l-għanijiet jintlaħqu kif suppost’” (punt 40). |
|
67. |
F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali fakkret li, “fl-offerta tagħha, ir-rikorrenti kienet ipproponiet 45 persuna-jiem għall-implementazzjoni tal‑proġett, filwaqt li l-istima inkluża fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt kienet ta’ 60 persuna-jiem. Kif innota l-Kumitat ta’ Evalwazzjoni fir‑rapport tiegħu, in-numru ta’ persuni-jiem propost mir-rikorrenti huwa għalhekk 25 % inqas mill-istima pprovduta bħala indikazzjoni fis‑sejħa għal offerti kkontestata. Il-Qorti Ġenerali qieset, u r-rikorrenti kkonfermat dan waqt is-seduta, li tali tnaqqis jeħtieġ spjegazzjoni konvinċenti” (punt 41). Skont il-Qorti Ġenerali, l-indikazzjoni tan‑numru ta’ persuni-jiem prevista kienet “rilevanti prinċiparjament sabiex tiġi evalwata l-affidabbiltà tal-offerta tar-rikorrenti” (punt 42). |
|
68. |
Dak li jinteressana hawnhekk huwa, li l-Qorti Ġenerali ġustament tinnota fil-punt 43, li “l-allegata esperjenza tal-esperti tar-rikorrenti lanqas ma tista’ tispjega dan it-tnaqqis. F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali ma taqbilx madankollu mad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li l-esperjenza tar-rikorrenti ma hijiex rilevanti għall-evalwazzjoni tal‑kriterji ta’ għoti ta’ kuntratt. Għalkemm huwa minnu li, ġeneralment, dan il-fattur jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi stabbilit jekk l-offerta tistax tissodisfa l-kriterji ta’ selezzjoni u mhux waqt l-evalwazzjoni tal-kriterji ta’ għoti ta’ kuntratt, għandu jitfakkar li r-rikorrenti ma invokax l-esperjenza tiegħu bħala kriterju ta’ għoti ta’ kuntratt fih innifsu, iżda sempliċement sabiex jiġġustifika n-numru mnaqqas ta’ persuni-jiem previst. F’dan il-kuntest, esperjenza ikbar, setgħet, fil-prinċipju, tispjega tali differenza bejn l-istimi” (enfasi miżjuda minni). |
|
69. |
Madankollu, kif irrilevat il-Qorti Ġenerali (punt 44), f’dan il-każ, ir-rikorrenti ma kinitx stabbilixxiet li t-tim tagħha kellu esperjenza ikbar. Għalhekk, hija ddeċidiet li l-Kummissjoni kellha raġun tikkunsidra li l‑esperjenza invokata ma kinitx tippermetti l-evalwazzjoni tal-kapaċità tat-tim li jwettaq is-servizzi rikjesti f’45 jum (punt 45) ( 24 ). |
|
70. |
F’sentenza oħra li ngħatat wara s-sentenza Lianakis et (C‑532/06, EU:C:2008:40), jiġifieri s-sentenza Evropaïki Dynamiki vs EFSA (T‑457/07, EU:T:2012:671), il-Qorti Ġenerali ġustament iddeċidiet – fil-kuntest ta’ tilwima dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi minn korp tal-Unjoni u fir-rigward ta’ sejħa għal offerti li kellha natura teknika ħafna għall-provvista ta’ servizzi abbażi ta’ kuntratt-qafas – li ma jistax jiġi dedott la mil-leġiżlazzjoni applikabbli u lanqas mill-ġurisprudenza Beentjes (31/87, EU:C:1988:422), kif ukoll Lianakis et li l-użu għall-finijiet ta’ evalwazzjoni ta’ curriculum vitae, anki waqt il-fażi ta’ selezzjoni kif ukoll waqt dik tal-għoti tal-kuntratt għandu jiġi eskluż fil-prinċipju (ara punti 80 et seq). |
|
71. |
Skont il-Qorti Ġenerali, l-użu ta’ dawn id-dokumenti waqt il-fażi tal-għoti tal-kuntratt jista’ jkun iġġustifikat jekk dan iservi sabiex tiġi identifikata l-offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament u mhux l-idoneità tal-offerenti li jeżegwixxu l-kuntratt (punti 81 u 82). |
|
72. |
Il-Qorti Ġenerali tenfasizza b’mod partikolari l-fatt li l-użu ta’ kriterju li jikkonsisti fl-evalwazzjoni tal-istrateġija ta’ taħriġ ta’ tim propost sabiex jeżegwixxi kuntratt ta’ servizzi kumplessi jista’ jservi sabiex tiġi identifikata l-offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament sa fejn jirrigwarda b’mod ċar servizzi li għalihom il‑kwalità tal-offerta u dik tat-tim propost huma mingħajr dubju relatati (punt 82). |
|
73. |
Fis-sentenza AWWW vs FEACVT (T‑211/07, EU:T:2008:240, punti 58 sa 63), mogħtija wkoll wara s-sentenza Lianakis et (C‑532/06, EU:C:2008:40), huwa wkoll korrett li l-Qorti tal-Ġustizzja qieset legali l-fatt li tiġi kkunsidrata, bħala kriterju ta’ għoti ta’ kuntratt, l-esperjenza preċedenti, fl-evalwazzjoni tal-kwalità tal-eżekuzzjoni tas-servizzi, sa fejn hija ddeċidiet li l-curriculum vitae tal-proċedura ta’ selezzjoni jistgħu jintużaw u l-esperjenza kkunsidrata fl-evalwazzjoni tal-kwalità tal-eżekuzzjoni mill-offerent ta’ partijiet speċifiċi tax-xogħol previst mill-kuntratt. Insemmi wkoll, fl-istess linja, is-sentenza Evropaïki Dynamiki vs OEDT (T‑63/06, EU:T:2010:368). |
|
74. |
Diġà qabel is-sentenza Lianakis et (C‑532/06, EU:C:2008:40), il-Qorti Ġenerali kienet aċċettat, fis‑sentenza Renco vs Il-Kunsill (T‑4/01, EU:T:2003:37), li l-esperjenza tal-impriża tista’ tintuża bħala kriterju ta’ għoti ta’ kuntratt ( 25 ). |
C – Id-duttrina
|
75. |
Numru kbir ta’ artikoli tad-duttrina jsostnu wkoll li l‑evalwazzjoni tat-tim tekniku li ser ikun assenjat għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt tista’ tikkostitwixxi aspett tal-offerta u mhux karatteristika tal-offerent, u li, għalhekk, hija tista’ tikkostitwixxi fattur li jista’ jkun ikkunsidrat fl-għażla tal-proposta l-iktar vantaġġuża ekonomikament ( 26 ). |
|
76. |
Kif ġustament jirrileva Lee ( 27 ), “[e]valuating an entity's ability to perform the contract on the one hand, and comparing the strengths of different teams proposed by tenderers are not the same thing. For example, an awarding authority seeking management consultancy services is likely to find that the global consultancy firms have the capacity and manpower to carry out almost any given management consultancy project. However, it is self-evident that the success of the project will depend not on the capacity of the firm but on the specific resources made available by that firm for the project”. |
|
77. |
Imbagħad, kif jinnota tajjeb Rubach-Larsen ( 28 ), “the ECJ has opened up for the lawful choice of bidder-related criteria as award criteria, provided that these are not essentially linked to the selection of qualified tenderers, but instead to the evaluation of the offers, and not principally related to the tenderers’ experience, qualification or means, but to the quality of the works, supplies or services they have offered” (enfasi miżjuda minni). |
|
78. |
Kif ġustament irrileva Arrowsmith ( 29 ), “Lianakis does not preclude considering either the abilities of the tenderer or the qualities of the individuals or team that will be working on the contract to the extent that these are actually relevant to the quality of the work that will be done under the contract i.e. to determining which offer is the most economically advantageous. In this respect, it can be argued that on the facts of Lianakis the experience and manpower of the tenderer was not actually used to assess the quality of the services but in an arbitrary fashion that had no relevance to that question – tenderers were given higher scores for different types and extent of experience without actually considering the relevance of this to the services to be performed (which were actually of relatively low value)” (enfasi miżjuda minni). |
|
79. |
Fl-aħħar nett, Treumer ( 30 ) jiċċita b’mod rilevanti deċiżjoni tad‑“Danish Complaints Board for Public Procurement” ( 31 ) fejn “[t]he Board quoted a passage from [an] earlier ruling to the effect that according to the EC public procurement rules it is not excluded that an element can be considered both in the selection and in the award stage. However, according to the Board the condition is that the element according to its content is suited to function as the basis for selection but also – owing to the character of the supply in question – is suited to assess the economically most advantageous tender. The Board found that this condition was fulfilled in the concrete case, which concerned a service where an experienced service provider would be of particular value. The Board emphasised in this context that the reliability of supply was of special importance for the task in question, namely out of consideration for maritime safety. The Board therefore found it justified to consider the extent of the experience in the award phase while it at the same time stressed that this normally is to be considered as a selection criterion” (enfasi miżjuda minni). |
D – Konklużjoni
|
80. |
Għalkemm id-distinzjoni bejn l-istadju ta’ selezzjoni u dak tal‑għoti tipprekludi l-użu bħala kriterju ta’ għoti ta’ kuntratt l‑esperjenza ġenerali preċedenti ta’ operatur ekonomiku, huwa minnu wkoll li l-esperjenza speċifika tat-tim tekniku li dan tal-aħħar jipproponi, tista’, għal ċerti kuntratti, tkun ikkunsidrata għall-finijiet tal‑evalwazzjoni tal-offerta fl-istadju tal-għoti tal-kuntratt. |
|
81. |
Kif ġustament irrileva l-Gvern Pollakk, l-Artikolu 53 tad‑Direttiva 2004/18 isemmi espressament il-kwalità tal-provvista jew tas-servizzi bħala wieħed mill-kriterji li jistgħu jiġu kkunsidrati mill‑awtorità kontraenti. F’dan il-kuntest, l-Artikolu 53(1)(a) tad‑Direttiva 2004/18 jagħmel riferiment għall-offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament mill-perspettiva tal-awtorità kontraenti, u mhux għall-offerta l-iktar vantaġġuża fid-dawl tal-kriterji astratti u oġġettivi. L-awtorità kontraenti għandha għalhekk il-possibbiltà li tiddefinixxi, għas-selezzjoni tal-offerta l-iktar vantaġġuża ekonomikament, il-fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati u li s‑sodisfazzjon tagħhom jippermettilha tagħżel l-offerta l-iktar vantaġġuża fid-dawl tal-bżonnijiet speċifiċi tagħha. |
|
82. |
Jiena naqbel ukoll mal-Gvern Portugiż meta huwa enfasizza li l‑possibbiltà, jew anki n-neċessità, li jiġu evalwati l-valur tekniku u l‑kwalità tal-proposta stess sabiex jingħataw kuntratti li għandhom bħala għan il-provvista ta’ servizzi ta’ natura intellettwali, ta’ taħriġ u ta’ konsultazzjoni, kif inhu l-każ f’dan il-każ, għandu jkun ikkonkretizzat permezz ta’ elementi oġġettivi marbuta mal-kontenut tal‑offerta. Barra minn hekk, wieħed minn dawn l-elementi essenzjali huwa preċiżament ikkostitwit mill-indikazzjoni ta’ riżorsi umani konkreti li l‑offerenti ser jassenjaw għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt, u din l‑indikazzjoni evidentement ma tikkostitwixxix kwalità jew karatteristika tal-offerenti, iżda tal-offerta stess. |
|
83. |
Din l-interpretazzjoni jidhirli li hija l-iktar waħda li tikkorrispondi bl-aħjar mod mal-formulazzjoni u l-ispirtu tad‑dispożizzjonijiet inkwistjoni kif ukoll mal-istruttura tad-Direttiva 2004/18 (li ma ninsewx hija intiża sabiex tagħti iktar importanza lill-kriterji kwalitattivi) ( 32 ) għall-kuntratti li għandhom bħala għan il-provvista ta’ servizzi ta’ natura intellettwali, ta’ taħriġ u ta’ konsultazzjoni. |
|
84. |
Fid-dawl tad-Direttiva 2004/18, il-kriterju ta’ għoti ta’ offerti ta’ kuntratt pubbliku jista’ għalhekk jinkludi evalwazzjoni tat-timijiet tekniċi oġġettivament u konkretament proposti mill-offerenti għall‑eżekuzzjoni ta’ kuntratt li għandu bħala għan il-provvista ta’ servizzi ta’ natura intellettwali, bħat-taħriġ u l-konsultazzjoni. |
|
85. |
Fl-aħħar nett, kif ġustament irrileva l-Gvern Pollakk, jidher li mill-proċess ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, f’dan il-każ, l-awtorità kontraenti ssodisfat ir-rekwiżiti l-oħra stabbiliti mid‑Direttiva 2004/18, fir-rigward tan-neċessità li tiżgura l-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ nondiskriminazzjoni fil-proċedura tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni. |
|
86. |
Għalhekk ir-risposta għad-domanda preliminari magħmula għandha tkun li d-Direttiva 2014/18 ma tipprekludix li, f’ċerti ċirkustanzi, għall-għoti ta’ kuntratt għal provvista ta’ servizzi ta’ natura intellettwali, ta’ taħriġ u ta’ konsultazzjoni, l-awtoritajiet kontraenti jużaw, fost il-fatturi li jifformaw il-kriterju ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku, l-evalwazzjoni tat‑timijiet effettivament proposti mill-offerenti sabiex jeżegwixxu l‑kuntratt inkwistjoni, billi jikkunsidraw, abbażi ta’ analiżi konkreta, il‑kompożizzjoni, l-esperjenza pprovata u d-diplomi u kwalifiki professjonali oħra tagħhom. L-eżerċizzju ta’ din il-fakultà huwa kompatibbli mal-għanijiet tad-Direttiva 2004/18 biss meta l‑karatteristiċi u l-kwalitajiet speċifiċi tal-persunal li jifforma t-tim jikkostitwixxu element determinanti tal-valur ekonomiku tal-offerta ppreżentata għall-evalwazzjoni tal-awtorità kontraenti, b’tali mod li s‑sostituzzjoni mhux awtorizzata, matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt, ta’ wieħed mill-membri tat-tim propost tkun tali li tnaqqas dan il-valur mill-perspettiva tal-awtorità kontraenti. |
E – Post scriptum: id-Direttiva l-ġdida 2014/24
|
87. |
Anki jekk id-Direttiva l-ġdida 2014/24 ma hijiex applikabbli f’dan il-każ ratione temporis ( 33 ), jiena ser insemmiha hawnhekk sabiex inkun eżawrjenti. |
|
88. |
Mill-Artikolu 67(2)(b) tad-Direttiva 2014/24 jirriżulta li l‑leġiżlatur tal-Unjoni jqis neċessarju li jikkjarifika r-regoli diskussi f’dawn il-konklużjonijiet. Skont din id-dispożizzjoni, fost il-kriterji ta’ għoti ta’ kuntratt, li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex tiġi ddeterminata l-offerta l-iktar vantaġġuża ekonomikament, hemm: “[l]‑organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat għat-twettiq tal-kuntratt, fejn il-kwalità tal-persunal assenjat tista’ tħalli impatt sinifikanti fuq il-livell tal-prestazzjoni tal-kuntratt”. |
|
89. |
Din id-dispożizzjoni hija ċċarata bil-premessa 94 ta’ din id‑direttiva li taqra kif ġej: “Kull meta l-kwalità tal-persunal impjegat tkun rilevanti għal-livell ta’ prestazzjoni tal-kuntratt, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitħallew ukoll jużaw bħala kriterju ta’għoti l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat biex iwettaq il-kuntratt inkwistjoni, minħabba li dan jista’ jaffettwa l-kwalità tat-twettiq tal-kuntratt u, b’riżultat ta’ dan, il-valur ekonomiku tal-offerta. Dan jista’ jkun il-każ, pereżempju, f’kuntratti għal servizzi intellettwali bħal servizzi ta’ konsulenza jew ta’ arkitettura. L-awtoritajiet kontraenti li jużaw din il-possibbiltà għandhom jiżguraw, bil-mezzi kuntrattwali adatti, li l-persunal assenjat għat-twettiq tal‑kuntratt effettivament jissodisfa l-istandards ta’ kwalita speċifikati u li tali persunal jista’ jiġi sostitwit biss bil-kunsens tal-awtorità kontraenti li tivverifika li l-persunal li ser jeħodlu postu jkun jista’ jilħaq livell ekwivalenti ta’ kwalità.” |
|
90. |
L-intenzjoni ċara tar-regoli inkwistjoni f’din il-kawża kienet diġà preżenti fil-proposta għal-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-akkwist pubbliku [COM(2011) 896 finali]. Fil-fatt, fl-espożizzjoni tal-motivi tagħha, wieħed jista’ jaqra li “d-distinzjoni bejn l-għażla tal-offerenti u l‑għoti tal-kuntratt li ta’ spiss hija sors ta’ żbalji u ta’ nuqqas ta’ ftehim, saret aktar flessibbli, u dan jippermetti lill-awtoritajiet kontraenti sabiex jiddeċiedu dwar is-sekwenzar l-aktar prattiku billi jeżaminaw il-kriterji tal-għoti qabel il-kriterji tal-għażla u li jqisu l-organizzazzjoni u l‑kwalità tal-persunal assenjat għat-twettiq tal-kuntratt bħala kriterju ta’ għoti”. |
III – Konklużjoni
|
91. |
Għaldaqstant, jiena nistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domanda preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo bil-mod li ġej: Id-Direttiva 2014/18/KE [2004/18/KE] tal-Parlament Ewropew u tal‑Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], ma tipprekludix li, f’ċerti ċirkustanzi, għall-għoti ta’ kuntratt għal provvista ta’ servizzi ta’ natura intellettwali, ta’ taħriġ u ta’ konsultazzjoni, l-awtoritajiet kontraenti jistabbilixxu, fost il-fatturi li jifformaw il-kriterju ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku, fattur li jippermetti l-evalwazzjoni tat-timijiet effettivament proposti mill-offerenti sabiex jeżegwixxu l-kuntratt inkwistjoni, billi jikkunsidraw il-kompożizzjoni, l-esperjenza pprovata u l-analiżi tad‑diplomi u tal-kwalifiki professjonali oħra tagħhom. Madankollu, l‑eżerċizzju ta’ din il-fakultà huwa kompatibbli mal-għanijiet tad‑Direttiva 2004/18 biss meta l-karatteristiċi u l-kwalitajiet speċifiċi tal-persunal li jifforma t-tim jikkostitwixxu element determinanti tal‑valur ekonomiku tal-offerta ppreżentata għall-evalwazzjoni tal‑awtorità kontraenti. |
( 1 ) Lingwa oriġinali: il-Franċiż.
( 2 ) Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132
( 3 ) Diáro da República, serje 2, Nru 226.
( 4 ) Wara li dan il-proċess wasal għand il-Qorti tal-Ġustizzja, id-Direttiva 2014/24/UE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2014, dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, p. 65), ġiet adottata u daħlet fis-seħħ f’April tal‑istess sena.
( 5 ) Ara s-sentenzi Il-Kummissjoni vs Franza (C‑337/98, EU:C:2000:543, punti 38 sa 40) kif ukoll Hochtief u Linde-Kca-Dresden (C‑138/08, EU:C:2009:627). Id‑Direttiva 2014/24 lanqas ma kienet fis-seħħ fl-epoka tal-fatti tal-kawża prinċipali.
( 6 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Beentjes (31/87, EU:C:1988:422, punti 15 u 16) kif ukoll Lianakis et (C‑532/06, EU:C:2008:40, punt 26).
( 7 ) Sentenzi Beentjes (31/87, EU:C:1988:422, punt 19); Concordia Bus Finland (C‑513/99, EU:C:2002:495, punti 54 u 59); GAT (C‑315/01, EU:C:2003:360, punti 63 u 64) kif ukoll Lianakis et (C‑532/06, EU:C:2008:40, punt 29).
( 8 ) Direttiva tal-Kunsill, tat-18 ta’ Ġunju 1992, relatata mal-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tas-servizz pubbliku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil‑Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 322), kif emendata permezz tad-Direttiva 97/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 1997, (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 3, iktar ’il quddiem id-“Direttiva 92/50”).
( 9 ) Ninnota li din is-sentenza ngħatat minn qorti b’ħames ġudikanti, mingħajr konklużjonijiet.
( 10 ) Ara s-sentenza Beentjes (31/87, EU:C:1988:422).
( 11 ) F’dan il-kuntest, ara wkoll, is-sentenza Spanja vs Il-Kummissjoni (C‑641/13 P, EU:C:2014:2264).
( 12 ) F’dan il-kuntest, ċerti awturi enfasizzaw mandankollu li fl-artikoli oħra tagħhom, iż‑żewġ direttivi jippreżentaw, f’dan ir-rigward, xi differenzi. Ara, pereżempju, M. Burgi, u B. Brandmeier, “Quality as an interacting award criterion under current and future EU-law”, European Procurement & Public Private Partnership Law Review, 2014, Vol. 9, Nru 1, p. 23: “Taking a closer look at the background of these judgments [Beentjes (31/87, EU:C:1988:422), Lianakis et (C‑532/06, EU:C:2008:40) u Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C‑199/07, EU:C:2009:693)], […] the wording of the previous provisions in Directive 92/50/EC, on which the court based its decision, provided for a much stricter differentiation between the selection and the award stage. […] Article 20 stated that selection criteria had to be evaluated before entering the award phase. Apart from the fact that this chronological order never was interpreted in a strict way […], the legal base for such an assumption was replaced. A provision according to Article 20 of Directive 92/50 no longer exists under current EU law”.
( 13 ) Burgi, M. u Brandmeier, B. op. cit., jenfasizzaw, fl-istess artikolu ċċitat fin-nota ta’ qiegħ il‑paġna 12 ta’ dawn il-konklużjonijiet, li “among the non-exhaustive list of possible award criteria in Article 53(1)(a) of Directive 2004/18/EC, the aspect of ‘delivery date and delivery period or period of completion’ was introduced as concreti[s]ation of quality in this regard. […] Apart from this, it is striking that the court gave no further justification, in any of these rulings, for the necessity of such a strict differentiation, nor did it take into account the practical need of public entities to make certain tenderer-related aspects part of their awarding decision”.
( 14 ) Li jipprovdi għall-każ fejn “l-għotja tingħata lil offerta l-aktar vantaġġuża ekonomikament skond l-opinjoni ta’ l-awtoritajiet kontrattwanti”, il‑paragrafu (1)(b) jipprovdi għall-każ fejn l-awtoritajiet kontraenti jibbażaw ruħhom fuq “l-aktar prezz baxx biss”.
( 15 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Concordia Bus Finland (C‑513/99, EU:C:2002:495, punt 59) u Lianakis et (C‑532/06, EU:C:2008:40, punt 29).
( 16 ) Ara, P. Lee, “Implications of the Lianakis decision”, Public Procurement Law Review, 2010, p. 52: “The recitals in the old directives were silent regarding award criteria. This change clarifies that where criteria are relevant to assess the ‘performance offered’ by each tenderer, it is an appropriate and valid award criteria. This provision changes the emphasis that might have existed in the old directives, and clarifies that criteria, where they assess the ‘level of performance’, must be valid criteria regardless of whether it was also a selection criterion. How else is the anticipated level of performance in a services contract to be evaluated? Does not the experience of the specific personnel offered become a necessary evaluation criterion? Perhaps the anticipated level of performance and the mere ability to perform are different. A League One soccer player has the ability to ‘perform’ in a soccer match, but the anticipated level of performance would be significantly different from that of a premiership player” (enfasi miżjuda minni).
( 17 ) Ara, F. Pachner, “Schafft die Entscheidung Lianakis des EuGH Probleme für die Vergabe geistiger Leistungen?”, ZVB, 2008, p. 285 et seq.
( 18 ) Għall-istess interpretazzjoni, ara inter alia P. Lee, op. cit. Kif ġustament jirrileva dan tal-aħħar: (i) “the facts of the case [in Lianakis et] go some way to undermine the contention that the municipality genuinely examined the project team rather than the firm’s size”; (ii) “there is nothing explicit or implicit in the wording of the directives that leads to the conclusion that the experience of the project team cannot be, or should not be, evaluated at the award stage”; u (iii) “more unfortunately neither in Beentjes nor in Lianakis [et] is there any rationale offered to explain the harm that could arise if ‘experience’ were considered at both stages, in particular where at selection ‘experience’ is of the entity and at award is of the project team”.
( 19 ) “Bħala kriterji għall-għoti tal-kuntratt, is-sejħa għal offerti semmiet il-fatturi segwenti f’din l-ordni ta’ preċedenza: l-ewwel, prova ta’ l-esperjenza miksuba mill-espert permezz tar-riċerka mwettqa fl-aħħar tliet snin; it-tieni, il-persunal u t-tagħmir ta’ l-uffiċċju; it-tielet, il-kapaċità li r-riċerka titlesta saż-żmien stabbilit, fid-dawl ta’ l-impenji ta’ l-uffiċċju u l-potenzjal xjentifiku tiegħu” (punt 10 ta’ dik is-sentenza) (enfasi miżjuda minni).
( 20 ) F.J. Hölzl, u P. Friton, “Entweder – Oder: Eignungs – sind keine Zuschlagskriterien”, Neue Zeitschrift für Baurecht und Vergaberecht, 2008, p. 307 u 308.
( 21 ) The experience of the bidder as award criterion in EU public procurement law, Humboldt Forum Recht, 2014, no 1, p. 4. Huwa jirrileva li, “throughout the EU, contracting authorities already seem to have adopted a flexible interpretation of the rule and to follow a pragmatic approach in dealing with the criterion ‘experience’ [...] In general, contracting authorities indeed encounter the problem of experience as an award criterion mostly in cases concerning services of a more complex nature ... National courts seem to have adopted a soft interpretation of the rule [...] allowing the contracting authorities to take into account experience where it is linked to the subject-matter of the contract [...] and has not been established as a selection criterion, [Oberlandesgericht München, Deċiżjoni tal-10 ta’ Frar 2011, Proċess Nru Verg 24/10; Oberlandesgericht Düsseldorf, Deċiżjoni tal-5 ta’ Mejju 2008, Proċess Nru Verg 5/08, Oberlandesgericht Düsseldorf, Deċiżjoni tat-28 ta’ April 2008, Proċess Nru Verg 1/08]”.
( 22 ) Direttiva tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkoordina l-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi ta’ provvista [għal provvisti] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 110).
( 23 ) Ara wkoll, il-punt 51 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Geelhoed fil-kawża GAT (C‑315/01, EU:C:2002:573), li jgħid li “[j]ista’ jkun li l-lista ta’ referenzi inkwistjoni tkun rilevanti għall-esperjenza u għal konoxxenza teknika tal-offerent, iżda tali lista ma hijiex adegwata sabiex tiddetermina l-offerta l-iktar vantaġġuża. Tali lista ta’ referenzi ma tipprovdix b’mod partikolari l-iċken indikazzjoni dwar il-provvisti mogħtija, is-servizz, l-ispejjeż rikorrenti jew kriterji oħra xierqa sabiex jiddeterminaw liema offerta ser tkun finalment l-iktar vantaġġuża, f’termini ekonomiċi, għall-awtorità kontraenti”.
( 24 ) Ara Petersen, Refining the rules on the distinction between selection and award criteria – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (T‑589/08), Public Procurement Law Review, 2011, p. NA246: “The present ruling […] interprets [the] case law [of the Court] in a flexible way, as it clearly approved the consideration of the experience and qualifications of the proposed team members when evaluating the relative advantages of the proposed project management within the third award criterion. For the purpose of that evaluation it expressly applied the test whether the applicant’s tender had shown the ability of its proposed team to properly deliver the objectives of the contract […] So it seems that the General Court considers the experience and qualifications of the team members offered to perform the specific contract to be admissible considerations for the award decision. The experience and qualifications of the team offered in the tender is, according to the General Court, relevant to establish the tenderer’s ability to properly deliver the contract, which clearly is a quality criterion relevant to identifying the most economically advantageous tender”.
( 25 ) Is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali fil-kawżi Evropaïki Dynamiki vs EFSA (T‑457/07, EU:T:2012:671); AWWW vs FEACVT (T‑211/07, EU:T:2008:240); Evropaïki Dynamiki vs OEDT (T‑63/06, EU:T:2010:368); u Renco vs Il-Kunsill (T‑4/01, EU:T:2003:37), ma tawx lok għal appell.
( 26 ) Diversi artikoli nġabru minn Orthmann, op. cit.
( 27 ) P. Lee, op. cit., p. 47 u 48.
( 28 ) A. Rubach-Larsen, “Selection and award criteria from a German public procurement law perspective”, Public Procurement Law Review, 2009, p. 112, 119 u 120.
( 29 ) S. Arrowsmith, “EU Public Procurement Law: An Introduction”, Università ta’ Nottingham, 2010, p. 173 u 174.
( 30 ) Ara, S. Treumer, “The distinction between selection and award criteria in EC public procurement law: the Danish approach”, Public Procurement Law Review, 2009, Nru 3, p. 146 sa 154.
( 31 ) Fil-kawża “Iver C. Weilbach og CO A/S vs Kort- og Matrikelstyrelsen”.
( 32 ) Ara l-punt 27 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 33 ) Ara l-punt 16 ta’ dawn il-konklużjonijiet.