Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CB0289

    Kawża C-289/13 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal- 4 ta’ Settembru 2014 – Cindu Chemicals BV, Deza, a.s., Koppers Denmark A/S, Koppers UK Ltd vs Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA),Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Regolament REACH) — Artikolu 59 u Anness XIII — Identifikazzjoni taż-żejt tal-antraċen, b’ammont baxx ta’ antraċen bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna, li għandha tiġi suġġetta għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament)

    ĠU C 409, 17.11.2014, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 409/22


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 – Cindu Chemicals BV, Deza, a.s., Koppers Denmark A/S, Koppers UK Ltd vs Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA),Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-289/13 P) (1)

    ((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Regolament REACH) - Artikolu 59 u Anness XIII - Identifikazzjoni taż-żejt tal-antraċen, b’ammont baxx ta’ antraċen bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna, li għandha tiġi suġġetta għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament))

    2014/C 409/30

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellanti: Cindu Chemicals BV, Deza, a.s., Koppers Denmark A/S, Koppers UK Ltd (rappreżentant: K. Van Maldegem, avukat)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: M. Heikkilä, W. Broere u T. Zbihlej, aġenti, J. Stuyck u A.-M. Vandromme, avukati), il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Manhaeve u P. Oliver, aġenti)

    Dispożittiv

    1)

    L-appell huwa miċħud.

    2)

    Cindu Chemicals BV, Deza a.s., Koppers Denmark A/S u Koppers UK Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż.


    (1)  GU C 252, 31.08.2013.


    Top