Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0628

    Kawża C-628/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Marzu 015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Jean-Bernard Lafonta vs Autorité des marchés financiers (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Direttiva 2003/6/KE — Artikolu 1(1) — Direttiva 2003/124/KE — Artikolu 1(1) — Informazzjoni kunfidenzjali — Kunċett ta’ “informazzjoni ta’ natura preċiża” — Influwenza potenzjali f’sens speċifiku fuq il-prezzijiet tal-istrumenti finanzjarji)

    ĠU C 146, 4.5.2015, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.5.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 146/5


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Marzu 015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Jean-Bernard Lafonta vs Autorité des marchés financiers

    (Kawża C-628/13) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Direttiva 2003/6/KE - Artikolu 1(1) - Direttiva 2003/124/KE - Artikolu 1(1) - Informazzjoni kunfidenzjali - Kunċett ta’ “informazzjoni ta’ natura preċiża” - Influwenza potenzjali f’sens speċifiku fuq il-prezzijiet tal-istrumenti finanzjarji))

    (2015/C 146/06)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Cour de cassation

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Jean-Bernard Lafonta

    Konvenut: Autorité des marchés financiers

    Dispożittiv

    L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) u l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/124/KE, tat-22 ta’ Diċembru 2003, li timplimenta d-Direttiva 2003/6 għal dak li jikkonċerna d-definizzjoni u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali u d-definizzjoni tal-manipulazzjoni tas-suq għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jeħtiġux, sabiex informazzjoni tkun tista’ titqies li hija informazzjoni ta’ natura preċiża fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, li huwa possibbli li jiġu dedotti, bi grad suffiċjenti ta’ probabbiltà, li l-influwenza potenzjali tagħhom fuq il-prezzijiet tal-istrumenti finanzjarji kkonċernati tiġi eżerċitata f’sens speċifiku, ladarba dawn isiru pubbliċi.


    (1)  ĠU C ##, ##.


    Top