Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0580

    Kawża C-580/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – Il-Ġermanja) – Coty Germany GmbH vs Stadtsparkasse Magdeburg (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proprjetà intellettwali u industrijali — Direttiva 2004/48/KE — Artikolu 8(3)(e) — Bejgħ ta’ oġġetti li jikkontravjenu — Dritt għall-informazzjoni fil-kuntest ta’ proċedura ta’ ksur ta’ dritt għall-proprjetà intellettwali — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tawtorizza lill-istituzzjonijiet bankarji jirrifjutaw li jirrispondu b’mod favorevoli għal talba intiża sabiex tiġi pprovduta informazzjoni dwar kont bankarju (sigriet bankarju))

    ĠU C 302, 14.9.2015, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.9.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 302/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – Il-Ġermanja) – Coty Germany GmbH vs Stadtsparkasse Magdeburg

    (Kawża C-580/13) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali u industrijali - Direttiva 2004/48/KE - Artikolu 8(3)(e) - Bejgħ ta’ oġġetti li jikkontravjenu - Dritt għall-informazzjoni fil-kuntest ta’ proċedura ta’ ksur ta’ dritt għall-proprjetà intellettwali - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tawtorizza lill-istituzzjonijiet bankarji jirrifjutaw li jirrispondu b’mod favorevoli għal talba intiża sabiex tiġi pprovduta informazzjoni dwar kont bankarju (sigriet bankarju)))

    (2015/C 302/04)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesgerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Coty Germany GmbH

    Konvenuti: Stadtsparkasse Magdeburg

    Dispożittiv

    L-Artikolu 8(3)(e) tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li mingħajr limiti jew kundizzjonijiet tawtorizza lil istituzzjoni bankarja tinvoka s-sigriet bankarju sabiex tirrifjuta li tipprovdi, fil-kuntest tal-Artikolu 8(1)(ċ) tal-imsemmija direttiva, informazzjoni dwar l-isem u l-indirizz tad-detentur ta’ kont.


    (1)  ĠU C 31, 01.02.2014.


    Top