Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0532

    Kawża C-532/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal- Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Sofia Zoo vs Országos Környezetvédelmi, Természetvédelmi és Vízügyi Főfelügyelőség (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi — Regolament (KE) Nru 338/97 — Artikolu 11 — Nullità ta’ permess ta’ importazzjoni limitata għal speċi ta’ annimali li huma effettivament ikkonċernati mir-raġuni għal nullità)

    ĠU C 395, 10.11.2014, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 395/20


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal- Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Sofia Zoo vs Országos Környezetvédelmi, Természetvédelmi és Vízügyi Főfelügyelőség

    (Kawża C-532/13) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi - Regolament (KE) Nru 338/97 - Artikolu 11 - Nullità ta’ permess ta’ importazzjoni limitata għal speċi ta’ annimali li huma effettivament ikkonċernati mir-raġuni għal nullità))

    (2014/C 395/25)

    Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

    Qorti tar-rinviju

    Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Sofia Zoo

    Konvenuta: Országos Környezetvédelmi, Természetvédelmi és Vízügyi Főfelügyelőség

    Dispożittiv

    L-Artikolu 11(2)(a) u (b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97, tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-permess ta’ importazzjoni li ma josservax il-kundizzjonijiet ta’ dan ir-regolament għandu jiġu kkunsidrat bħala null unikament sa fejn dan jikkonċerna l-kampjuni li huma effettivament ikkonċernati mir-raġuni għal nullità ta’ dan il-permess ta’ importazzjoni, peress li dawn il-kampjuni huma għaldaqstant l-uniċi li għandhom jkunu suġġetti għal qbid, u possibbilment għal konfiska, mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn dawn ikunu jinsabu.


    (1)  ĠU C 15, 18.01.2014.


    Top