EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0461

Kawża C-461/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tal-1 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – Bund für Umwelt und Naturschutz Deutschland e.V. vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Politika tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-ilma — Direttiva 2000/60/KE — Artikolu 4(1) — Għanijiet ambjentali relatati mal-ilmijiet tal-wiċċ — Deterjorament tal-istat ta’ korp tal-ilma tal-wiċċ — Proġett ta’ żvilupp ta’ rotta bil-baħar — Obbligu għall-Istati Membri li ma jawtorizzawx proġett li jkun jista’ jikkawża deterjorament tal-istat ta’ korp tal-ilma tal-wiċċ — Kriterji determinanti biex tiġi evalwata l-eżistenza ta’ deterjorament tal-istat ta’ korp tal-ilma)

ĠU C 294, 7.9.2015, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tal-1 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – Bund für Umwelt und Naturschutz Deutschland e.V. vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-461/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Politika tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-ilma - Direttiva 2000/60/KE - Artikolu 4(1) - Għanijiet ambjentali relatati mal-ilmijiet tal-wiċċ - Deterjorament tal-istat ta’ korp tal-ilma tal-wiċċ - Proġett ta’ żvilupp ta’ rotta bil-baħar - Obbligu għall-Istati Membri li ma jawtorizzawx proġett li jkun jista’ jikkawża deterjorament tal-istat ta’ korp tal-ilma tal-wiċċ - Kriterji determinanti biex tiġi evalwata l-eżistenza ta’ deterjorament tal-istat ta’ korp tal-ilma))

(2015/C 294/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bund für Umwelt und Naturschutz Deutschland e.V.

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Fil-preżenza ta’: Freie Hansestadt Bremen

Dispożittiv

1.

L-Artikolu 4(1)(a)(i) sa (iii) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri huma obbligati, sakemm ma tingħatax deroga, jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni ta’ proġett partikolari meta dan ikun ta’ natura tali li jkun jista’ jikkawża deterjorament tal-istat ta’ korp tal-ilma tal-wiċċ jew meta dan jikkomprometti l-għan li jinkiseb stat tajjeb tal-ilmijiet tal-wiċċ jew potenzjal ekoloġiku tajjeb u stat kimiku tajjeb ta’ dawn l-ilmijiet sad-data prevista minn din id-direttiva.

2.

Il-kunċett ta’ “deterjorazzjoni tal-istat” ta’ korp tal-ilma tal-wiċċ, li jinsab fl-Artikolu 4(1)(a)(i) tad-Direttiva 2000/60 għandu jiġi interpretat fis-sens li hemm deterjorament hekk kif l-istat ta’ mill-inqas wieħed mill-elementi ta’ kwalità, fis-sens tal-Anness V ta’ din id-direttiva jiddegrada b’klassi, anki jekk din id-degradazzjoni ma tiġix tradotta f’degradazzjoni ta’ klassifikazzjoni, fl-intier tiegħu, tal-korp tal-ilma tal-wiċċ. Madankollu, għalkemm l-element ta’ kwalità kkonċernat, fis-sens ta’ dan l-Anness jidher diġà fil-klassi l-iktar baxxa, kull degradazzjoni ta’ dan l-element tikkostitwixxi “deterjorazzjoni tal-istat” ta’ korp tal-ilma tal-wiċċ, fis-sens ta’ dan l-Artikolu 4(1)(a)(i).


(1)  ĠU C 352, 30.11.2013.


Top