Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0423

    Kawża C-423/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 10 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – “Vilniaus energija” UAB vs Lietuvos metrologijos inspekcijos Vilniaus apskrities skyrius (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-merkanzija — Miżuri li għandhom effett ekwivalenti — Direttiva 2004/22/KE — Verifiki metroloġiċi tas-sistemi ta’ kejl — Arloġġ tal-ilma sħun li jissodisfa r-rekwiżiti kollha ta’ din id-direttiva u li huwa konness ma’ mezz għat-trażmissjoni ta’ data minn distanza (ta’ telemetrija) — Projbizzjoni li dan l-arloġġ jintuża mingħajr verifika metroloġika minn qabel tas-sistema)

    ĠU C 409, 17.11.2014, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 409/17


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – “Vilniaus energija” UAB vs Lietuvos metrologijos inspekcijos Vilniaus apskrities skyrius

    (Kawża C-423/13) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-merkanzija - Miżuri li għandhom effett ekwivalenti - Direttiva 2004/22/KE - Verifiki metroloġiċi tas-sistemi ta’ kejl - Arloġġ tal-ilma sħun li jissodisfa r-rekwiżiti kollha ta’ din id-direttiva u li huwa konness ma’ mezz għat-trażmissjoni ta’ data minn distanza (ta’ telemetrija) - Projbizzjoni li dan l-arloġġ jintuża mingħajr verifika metroloġika minn qabel tas-sistema))

    2014/C 409/23

    Lingwa tal-kawża: il-Litwan

    Qorti tar-rinviju

    Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti:“Vilniaus energija” UAB

    Konvenuta: Lietuvos metrologijos inspekcijos Vilniaus apskrities skyrius

    Dispożittiv

    L-Artikolu 34 TFUE u d-Direttiva 2004/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, dwar l-istrumenti tal-kejl, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni u prassi nazzjonali, li, skont dawn, arloġġ tal-ilma sħun, li kien jissodisfa r-rekwiżiti kollha ta’ din id-direttiva, konness ma’ mezz għat-trażmissjoni ta’ data minn distanza (ta’ telemetrija) għandu jitqies li huwa sistema ta’ kejl u, minħabba dan il-fatt, ma jistax jintuża konformement mal-iskop tiegħu sakemm huwa ma kienx suġġett, ma’ dan il-mezz, għal verifika metroloġika inkwantu sistema ta’ kejl.


    (1)  ĠU C 304, 19.10.2013.


    Top