Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0192

    Kawża C-192/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 – Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Fond ta’ koeżjoni — Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja — Adozzjoni tad-deċiżjoni mill-Kummissjoni Ewropea — Eżistenza ta’ terminu — Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu impost — Konsegwenzi)

    ĠU C 395, 10.11.2014, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 395/14


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 – Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-192/13 P) (1)

    ((Appell - Fond ta’ koeżjoni - Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja - Adozzjoni tad-deċiżjoni mill-Kummissjoni Ewropea - Eżistenza ta’ terminu - Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu impost - Konsegwenzi))

    (2014/C 395/16)

    Lingwa tal-proċedura: l-Ispanjol

    Partijiet

    Appellant: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, aġent)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u D. Recchia, aġenti)

    Dispożittiv

    1)

    Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, Spanja vs Il-Kummissjoni (T-235/11, EU:T:2013:49) hija annullata.

    2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 1023 finali, tat-18 ta’ Frar 2011, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja mill-Fond ta’ Koeżjoni mogħtija favur fażijiet ta’ proġett intitolati “Provvista u istallazzjoni ta’ tagħmir ferrovjarju fuq il-linja b’veloċità għolja Madrid-Zaragoza-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Sezzjoni Madrid-Lérida” (CCI 1999.ES.16.C.PT.001), “Linja ferrovjarja b’veloċità għolja Madrid-Barcelona. Sezzjoni Lérida-Martorell (pjattaforma, fażi 1)” (CCI 2000.ES.16.C.PT.001), “Linja ferrovjarja b’veloċità għolja Madrid-Zaragoza-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Aċċess ferrovjarju għall-istazzjon il-ġdid ta’ Zaragoza” (CCI 2000.ES.16.C.PT.003), “Linja ferrovjarja b’veloċità għolja Madrid-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Sezzjoni Lérida-Martorell. Sub-sezzjoni X-A (Olérdola-Avinyonet del Penedés” (CCI 2001.ES.16.C.PT.007) “Aċċess ferrovjarju ġdid tal-linja b’veloċità għolja f’Levante. Sub-sezzjoni La Gineta-Albacete (pjattaforma)” (CCI 2004.ES.16.C.PT.014), hija annullata.

    3)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tar-Renju ta’ Spanja u għall-ispejjeż tagħha stess, kemm fil-proċeduri tal-ewwel istanza kif ukoll fil-kuntest tal-appell preżenti.


    (1)  ĠU C 178, 22.06.2013


    Top