Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0157

    Kawża C-157/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – il-Litwanja) – Nickel & Goeldner Spedition GmbH vs “Kintra” UAB (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 1346/2000 — Artikolu 3(1) — Kunċett ta’ “proċedimenti ta’ falliment u li huma marbuta mill-qrib ma’ proċedimenti bħal dawn” — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikolu 1(2)(b) — Kunċett ta’ “falliment” — Azzjoni għall-ħlas ta’ kreditu mibdija mil-istralċjarju — Kreditu li jirriżulta minn trasport internazzjonali ta’ merkanzija — Relazzjonijiet bejn ir-Regolament Nru 1346/2000 u r-Regolament Nru 44/2001 u l-Konvenzjoni dwar it-trasport internazzjonali tal-merkanzija bit-triq (CMR))

    ĠU C 395, 10.11.2014, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 395/11


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – il-Litwanja) – Nickel & Goeldner Spedition GmbH vs “Kintra” UAB

    (Kawża C-157/13) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 1346/2000 - Artikolu 3(1) - Kunċett ta’ “proċedimenti ta’ falliment u li huma marbuta mill-qrib ma’ proċedimenti bħal dawn” - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 1(2)(b) - Kunċett ta’ “falliment” - Azzjoni għall-ħlas ta’ kreditu mibdija mil-istralċjarju - Kreditu li jirriżulta minn trasport internazzjonali ta’ merkanzija - Relazzjonijiet bejn ir-Regolament Nru 1346/2000 u r-Regolament Nru 44/2001 u l-Konvenzjoni dwar it-trasport internazzjonali tal-merkanzija bit-triq (CMR)))

    (2014/C 395/13)

    Lingwa tal-kawża: il-Litwan

    Qorti tar-rinviju

    Lietuvos Aukščiausiasis Teismas

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Nickel & Goeldner Spedition GmbH

    Konvenuta:“Kintra” UAB

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ fil-kunċett ta’ “materji ċivili u kummerċjali”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, l-azzjoni għall-ħlas ta’ kreditu bbażata fuq il-provvista ta’ servizzi ta’ trasport, eżerċitata mil-istralċjarju ta’ impriża fi stralċ, imsemmija fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ insolvenza miftuħa fi Stat Membru, u diretta kontra l-benefiċjarju ta’ dawn is-servizzi, stabbilita fi Stat Membru ieħor.

    2)

    L-Artikolu 71 tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’każ li l-kawża taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni kemm ta’ dan ir-regolament kif ukoll f’dak tal-Konvenzjoni dwar il-kuntratt ta’ trasport internazzjonali ta’ merkanzija bit-triq, iffirmata f’Genève fid-19 ta’ Mejju 1956, kif emendata mill-Protokoll iffirmat f’Genève fil-5 ta’ Lulju 1978, Stat Membru jista’, skont l-Artikolu 71(1) tal-imsemmi regolament, japplika r-regoli dwar il-ġurisdizzjoni previsti fl-Artikolu 31(1) ta’ din il-konvenzjoni.


    (1)  ĠU C 156, 01.06.2013.


    Top