Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0092

Kawża C-92/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal- 10 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Gemeente ‘s-Hertogenbosch vs Staatssecretaris van Financiën (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sitt Direttiva tal-VAT — Artikolu 5(7)(a) — Tranżazzjonijiet taxxabbli — Kunċett ta’ “Provvista magħmula bi ħlas”  — L-ewwel okkupazzjoni minn awtorità muniċipali ta’ post mibni għaliha fuq art proprjetà tagħha — Attivitajiet magħmulin bħala awtorità pubblika u bħala persuna taxxabli)

ĠU C 409, 17.11.2014, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Gemeente ‘s-Hertogenbosch vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-92/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 5(7)(a) - Tranżazzjonijiet taxxabbli - Kunċett ta’ “Provvista magħmula bi ħlas” - L-ewwel okkupazzjoni minn awtorità muniċipali ta’ post mibni għaliha fuq art proprjetà tagħha - Attivitajiet magħmulin bħala awtorità pubblika u bħala persuna taxxabli))

2014/C 409/13

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gemeente ‘s-Hertogenbosch

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Dispożittiv

L-Artikolu 5(7)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għal sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn muniċipalità tokkupa għall-ewwel darba bini li hija bniet fuq art tagħha u li hija sejra tuża sa’ 94 % tal-wiċċ tiegħu għall-attivitajiet tagħha bħala awtorità pubblika u ta’ 6 % tal-wiċċ tiegħu għall-attivitajiet tagħha bħala persuna taxxabbli, li minnhom 1 % għal servizzi eżenti li ma jagħtux dritt għal tnaqqis tal-VAT. Madankollu, l-użu ulterjuri ta’ bini għall-attivitajiet tal-muniċipalità jista’ jagħti dritt għal tnaqqis tat-taxxa imħallsa għall-użu previst minn din id-dispożizzjoni biss fil-proporzjon korrispondenti għall-użu tiegħu għall-ħtiġijiet ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli, skont l-Artikolu 17(5) ta’ din id-direttiva.


(1)  ĠU C 147, 25.05.2013


Top