Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0575

    Kawża T-575/12: Rikors ippreżentat fit- 28 ta’ Diċembru 2012 — Pyrox vs UASI — Köb Holzheizsysteme (PYROX)

    ĠU C 55, 23.2.2013, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.2.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 55/23


    Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2012 — Pyrox vs UASI — Köb Holzheizsysteme (PYROX)

    (Kawża T-575/12)

    2013/C 55/41

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Pyrox GmbH (Oberhausen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Eigen, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Köb Holzheizsysteme GmbH (Wolfurt/VBG, l-Awstrija)

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-4 ta’ Ottubru 2012, fil-Każijiet magħquda R 2187/2011-1 u R 2507/2011-1;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża, inklużi dawk quddiem l-UASI.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “PYROX”, għal prodotti fil-klassijiet 4, 7 u 11- Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 612 781

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Köb Holzheizsysteme GmbH

    Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali “PYROT” għal prodotti fil-klassi 11

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata parzjalment u applikazzjoni rrifjutata fl-intier tagħha

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top