Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0572

    Kawża T-572/12: Rikors ippreżentat fil- 21 ta’ Diċembru 2012 — Nissan Jidosha vs UASI (CVTC)

    ĠU C 79, 16.3.2013, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.3.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 79/19


    Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2012 — Nissan Jidosha vs UASI (CVTC)

    (Kawża T-572/12)

    2013/C 79/34

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Nissan Jidosha KK (Yokohama-shi, il-Ġappun) (rappreżentanti: B. Brandreth, Barrister u D. Cañadas Arcas, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell, tas-6 ta’ Settembru 2012, (Każ R 2469/2011-1)

    tordna lill-konvenut iħallas lir-rikorrenti l-ispejjeż tagħha sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell u l-Qorti Ġenerali.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “CVTC” għal prodotti fil-klassijiet 7, 9 u 12

    Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għat-tiġdid tat-trade mark Komunitarja parzjalment miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 50 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/209.


    Top