This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TN0564
Case T-564/12: Action brought on 26 December 2012 — Ministry of Energy of Iran v Council
Kawża T-564/12: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Diċembru 2012 — Ministry of Energy of Iran vs Il-Kunsill
Kawża T-564/12: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Diċembru 2012 — Ministry of Energy of Iran vs Il-Kunsill
ĠU C 55, 23.2.2013, p. 21–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 55/21 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Diċembru 2012 — Ministry of Energy of Iran vs Il-Kunsill
(Kawża T-564/12)
2013/C 55/38
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Ministry of Energy of Iran (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: M. Lester, Barrister)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012 (1), kif ukoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta’ Ottubru 2012 (2), sa fejn dawn il-miżuri huma applikabbli għar-rikorrent; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tar-rikorrent. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li ebda wieħed mill-kriterji legali għat-tniżżil tar-rikorrent fil-lista ma huwa ssodisfatt, fuq il-fatt li l-Kunsill wettaq żball manifest meta kkunsidra li xi wieħed mill-kriterji għat-tniżżil fil-lista ġie ssodisfatt u fuq il-fatt li l-għażla tiegħu hija fondata fuq żball ta’ fatt manifest. |
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill ma tax raġunijiet adegwati jew suffiċjenti għall-inklużjoni tar-rikorrent fil-miżuri kkontestati. |
(3) |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill ma ggarantixxiex id-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv tar-rikorrent. |
(4) |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni tal-Kunsill li tagħżel lir-rikorrent kisret, mingħajr ġustifikazzjoni jew proporzjoni, id-drittijiet fundamentali tar-rikorrent, inkluż id-dritt tiegħu għall-protezzjoni tal-proprjetà tiegħu, tal-impriża tiegħu u tar-reputazzjoni tiegħu. |
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 58)
(2) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 16)