EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0512

Kawża T-512/12: Rikors ippreżentat fid- 19 ta’ Novembru 2012 — Front Polisario vs Il-Kunsill

ĠU C 55, 23.2.2013, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/14


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2012 — Front Polisario vs Il-Kunsill

(Kawża T-512/12)

2013/C 55/26

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Front populaire pour la libération de la saguia-el-hamra et du rio de oro (Front Polisario) (Laâyoune) (rappreżentant: C.-E. Hafiz, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-att ikkontestat, u konsegwentement, l-atti kollha ta’ applikazzjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent jinvoka ħames motivi insostenn tar-rikors tiegħu kontra i) id-Deċiżjoni tal-Kunsill, tat-8 ta’ Marzu 2012, dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jittratta miżuri reċiproċi ta’ liberalizzazzjoni fuq il-prodotti agrikoli, il-prodotti agrikoli pproċessati, il-ħut u l-prodotti tas-sajd, is-sostituzzjoni tal-Protokolli Nri 1, 2 u 3 u tal-annessi tagħhom u l-emendi għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (ĠU L 241, p. 2), kif ukoll ii) ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 812/2012, tat-12 ta’ Settembru 2012, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 fir-rigward tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati li joriġinaw mill-Marokk (ĠU L 247, p. 7).

Ir-rikorrenti, fil-kwalita’ tiegħu ta’ rappreżentant tal-poplu ta’ Sahrawi, iqis ruħu kkonċernat direttament u individwalment minn dawn l-atti.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat, minn naħa, fuq ksur tal-prinċipju ta’ motivazzjoni, meta l-motivazzjoni kienet partikolarment neċessarja fid-dawl tal-kuntest ġuridiku u, min-naħa l-oħra, fuq ksur tad-dritt għal smigħ, peress li l-Front Polisario ma ġiex ikkonsultat.

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tad-drittijiet fundamentali protetti mill-Artikolu 67 TFUE, mill-Artikolu 6 TUE u mill-prinċipji stabbiliti mill-ġurisprudenza peress li ġie skartat id-dritt għal awtodeterminazzjoni tal-poplu ta’ Sahrawi u peress li ġiet inkoraġġuta l-politika ta’ annessazzjoni mmexxija mir-Renju tal-Marokk, li skont ir-rikorrent jikkostitwixxi forza ta’ okkupazzjoni. Barra minn hekk, ir-rikorrent isostni li jeżisti ksur tal-prinċipju ta’ koerenza previst fl-Artikolu 7 TFUE minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ sovranità, kif ukoll ksur tal-valuri li fuqhom hija mibnija l-Unjoni Ewropea u tal-prinċipji li jirregolaw l-azzjoni esterna tagħha bi ksur tal-Artikoli 2 TUE, 3(5) TUE, 21 TUE u 205 TFUE.

(3)

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-istrumenti ta’ ftehim internazzjonali konklużi mill-Unjoni Ewropea, u partikolarment tal-ftehim ta’ assoċjazzjoni konkluż bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, kif ukoll tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-dritt tal-baħar.

(4)

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur ta’ diversi regoli tad-dritt internazzjonali u senjatament tad-dritt għal awtodeterminazzjoni, tal-effett relattiv tat-trattati u tad-dispożizzjonijiet essenzjali tad-dritt umanitarju internazzjonali.

(5)

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq l-illegalità tal-atti kkontestati, safejn l-illegalità tal-aġir tal-Unjoni Ewropea skont id-dritt internazzjonali jwassal għall-illegalità ta’ dawn l-atti.


Top