EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0463

Kawża T-463/12: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Ottubru 2012 — Popp u Zech vs UASI — Müller-Boré & Partner (MB)

ĠU C 379, 8.12.2012, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 379/31


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2012 — Popp u Zech vs UASI — Müller-Boré & Partner (MB)

(Kawża T-463/12)

2012/C 379/52

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Eugen Popp (München, il-Ġermanja) u Stefan M. Zech (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Rohnke u M. Jacob avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Müller-Boré & Partner (München, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-19 ta’ Lulju 2012, fil-Każ R 506/2011-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “MB” għal servizzi fil-klassi 42 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7 369 771

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Müller-Boré & Partner

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark verbali “MBP”, trade mark figurattiva Komunitarja u trade mark figurattiva nazzjonali li jinkludu l-element verbali “MB&P”, għal servizzi fil-klassijiet 35 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u applikazzjoni miċħuda

Motivi invokati:

ksur tal-Artikoli 42(2) u 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009

ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


Top