Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0422

    Kawża T-422/12: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Settembru 2012 — Kappa Filter Systems GmbH vs UASI (THE FUTURE HAS ZERO EMISSIONS)

    ĠU C 355, 17.11.2012, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.11.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 355/35


    Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2012 — Kappa Filter Systems GmbH vs UASI (THE FUTURE HAS ZERO EMISSIONS)

    (Kawża T-422/12)

    2012/C 355/74

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Kappa Filter Systems GmbH (Steyr-Gleink, l-Awstrija) (rappreżentant: C. Hadeyer, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-10 ta’ Lulju 2012, fil-Każ R 817/2012-4;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “THE FUTURE HAS ZERO EMISSIONS” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 11 u 37 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 010139749

    Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top