Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0329

    Kawża T-329/12: Rikors ippreżentat fit- 23 ta’ Lulju 2012 — Al-Tabbaa vs Il-Kunsill

    ĠU C 273, 8.9.2012, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.9.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 273/22


    Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2012 — Al-Tabbaa vs Il-Kunsill

    (Kawża T-329/12)

    2012/C 273/37

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Mazen Al-Tabbaa (Bejrut, il-Lebanon) (rappreżentanti: M. Lester, Barrister u G. Martin, Solicitor)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/256/PESK, tal-14 ta’ Mejju 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 126, p. 9), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent;

    tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 410/2012, tal-14 ta’ Mejju 2012, li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, sa fejn jikkonċerna lir-rikorrent;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi, fejn isostni li l-Kunsill, billi inkluda ismu fil-listi annessi mal-miżuri kkontestati,

    wettaq żball manifest ta’ fatt u ta’ evlawazzjoni billi ddeċieda li japplika l-miżuri restrittivi inkwistjoni għar-rikorrent u billi kkunsidra li ġiet issodisfatta waħda mill-kriterji għall-inklużjoni fil-lista;

    naqas milli jagħti lir-rikorrent raġunijiet suffiċjenti jew adegwati għall-inklużjoni tiegħu fil-listi;

    kiser id-drittijiet fundamentali bażiċi tad-difiża tar-rikorrent u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva; u

    kiser mingħajr ġustifikazzjoni jew proporzjon, id-drittijiet fundamentali tar-rikorrent, b’mod partikolari d-dritt tiegħu għall-proprjetà, il-libertà tiegħu tal-impriża, id-dritt tiegħu għar-rispett għar-reputazzjoni tiegħu u għall-ħajja privata u tal-familja tiegħu.


    Top