EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0297

Kawża T-297/12: Rikors ippreżentat fit- 2 ta’ Lulju 2012 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

ĠU C 273, 8.9.2012, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/16


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2012 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-297/12)

2012/C 273/27

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Ġreċja) (rappreżentant: B. Christianos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tordna lill-Kummissjoni tħallasha s-somma ta’ EUR 50 000, bħala kumpens għad-dannu lir-reputazzjoni professjonali tagħha minħabba l-ksur tas-sigriet professjonali mill-Kummissjoni, flimkien mal-interessi kumpensatorji mit-3 ta’ Lulju 2007 sakemm tingħata s-sentenza f’din il-kawża sal-ħlas komplet.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjez tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Europea l-kumpens għad-dannu subit minħabba l-aġir illegali tal-Kummissjoni Europea (iktar ’il quddiem il-“Kummissjoni”), skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE (responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni). B’mod iktar partikolari, il-Kummissjoni kkawżat dannu lir-reputazzjoni professjonali tar-rikorrenti billi fit-3 ta’ Lulju 2007 bagħtet, lil impriżi terzi, dokumenti li kienu jirrigwardaw investigazzjoni pendenti kontra r-rikorrenti.

Ir-rikorrenti ssostni li l-kundizzjonijiet, bħal dawk stabbiliti mill-ġurisprudenza, sabiex tiġi bbażata r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Kummissjoni, huma ssodisfatti sabiex hija tiġi kkumpensata għad-dannu lir-reputazzjoni professionali tagħha, minħabba li fatt li l-Kummissjoni nnotifikat b’mod illegali, lil terzi, l-eżistenza u l-kontenut ta’ investigazzjoni pendenti kontra r-rikorrenti, kif ukoll informazzjoni professjonali kunfidenzjali li tikkonċernaha.


Top