EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0263

Kawża T-263/12: Rikors ippreżentat fit- 18 ta’ Ġunju 2012 — Manufacturing Support & Procurement Kala Naft vs Il-Kunsill

ĠU C 258, 25.8.2012, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 258/24


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2012 — Manufacturing Support & Procurement Kala Naft vs Il-Kunsill

(Kawża T-263/12)

2012/C 258/44

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Manufacturing Support & Procurement Kala Naft Co., Tehran (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: F. Esclatine u S. Perrotet, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi li minn fosthom sitta huma essenzjalment simili għall-ewwel sitt motivi invokati fil-kuntest tal-Kawża T-509/10, Manufacturing Support & Procurement Kala Naft vs Il-Kunsill (1).

Barra minn dan, ir-rikorrenti tinvoka motiv ieħor ibbażat fuq l-illegalità tar-Regolament ikkontestat minħabba l-illegalità tal-atti preċedenti annullati permezz tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2012, Manufacturing Support & Procurement Kala Naft vs Il-Kunsill (T-509/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra).


(1)  ĠU 2010, C 346, p. 57.


Top