Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0131

    Kawża T-131/12: Rikors ippreżentat fit- 23 ta’ Marzu 2012 — Spa Monopole vs UASI — Orly International (SPARITUAL)

    ĠU C 165, 9.6.2012, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.6.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 165/24


    Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2012 — Spa Monopole vs UASI — Orly International (SPARITUAL)

    (Kawża T-131/12)

    2012/C 165/41

    Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV (Spa, il-Belġju) (rappreżentanti: L. De Brouwer, E. Cornu u É. De Gryse, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Orly International, Inc. (Van Nuys, l-Istati Uniti)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-9 ta’ Jannar 2012, fil-Każ R 2396/2010-1;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SPARITUAL” għal prodotti fil-klassi 3 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3631884

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

    Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjonijiet Benelux tat-trade marks verbali “SPA” u “Les Thermes de Spa” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 32 u 42

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni appellata annullata u oppożizzjoni miċħuda

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 fl-evalwazzjoni tar-reputazzjoni tat-trade mark verbali “SPA” fil-klassi 32, u ksur tal-Artikolu 8(5) tal-imsemmi Regolament Nru 207/2009 fl-evalwazzjoni tar-riskju ta’ vantaġġ indebitu miksub mir-reputazzjoni tat-trade mark “SPA”.


    Top