EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0088

Kawża T-88/12: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ Frar 2012 — Charron Inox u Almet vs Il-Kunsill

ĠU C 109, 14.4.2012, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/32


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2012 — Charron Inox u Almet vs Il-Kunsill

(Kawża T-88/12)

2012/C 109/65

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Charron Inox (Marseille, Franza); u Almet (Satolas-et-Bonce, Franza) (rappreżentant: P.-O. Koubi-Flotte, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

prinċipalment tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru°1331/2011, tal-14 ta’ Diċembru 2011, minħabba li huwa bbażat fuq konstatazzjonijiet ekonomiċi insuffiċjenti;

sussidjarament tannulla l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1331/2011, tal-14 ta’ Diċembru 2011, li jiġbor b’mod definittiv dazju antidumping proviżżorju diġà miġbur sa fejn dan il-ġbir jippreġudika l-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi;

iktar sussidjarjament tirrikonoxxi r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni li tivvalida l-applikazzjoni immedjata ta’ ġbir li, jekk jiġi meqjus is-suġġett, kellu jiġi mħabbar lill-operaturi ekonomiċi kkonċernati f’terminu raġonevoli biżżejjed sabiex ikunu jistgħu jantiċipaw b’ċertezza legali suffiċjenti l-għażliet ekonomiċi tagħhom;

fi kwalunkwe każ, tordna r-rimbors u/jew il-kumpens tal-kumpanniji rikorrenti skont l-ammonti li ġejjin:

dannu għall-kumpannija CHARRON INOX minħabba l-ħlas tad-dazju antidumping inkwistjoni: EUR 89 402,15;

dannu soffert mill-kumpannija ALMET — LE METAL CENTRE minħabba l-ħlas tad-dazju antidumping inkwistjoni: EUR 375 493;

dannu konġunt soffert mill-kumpanniji CHARRON INOX u ALMET — LE METAL CENTRE minħabba l-ħlas tad-dazju antidumping inkwistjoni: EUR 58 594; iż-żewġ kumpanniji CHARRON INOX u ALMET — LE METAL CENTRE jirregolaw personalment bejniethom it-tqassim ta’ din is-somma;

dannu għall-kumpannija CHARRON INOX li nħoloq minħabba l-ħtieġa li tissottometti ruħha għal kundizzjonijiet iktar onerużi għand fornituri Indjani: EUR 57 883,18;

dannu għall-kumpannija ALMET — LE METAL CENTRE li nħoloq minħabba l-ħtieġa li tissottometti ruħha għal kundizzjonijiet iktar onerużi għand fornituri Indjani: EUR 66 578,14.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrenti insostenn tar-rikors tagħhom kontra r-Regolament li jimponi dazju definittiv antidumping u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (1) huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T 445/11, Charron Inox u Almet vs Il-Kummissjoni (2), fir-rigward tar-Regolament li jistitwixxi dazju antidumping provviżorju fuq dawn l-importazzjonijiet (3).


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1331/2011, tal-14 ta’ Diċembru 2011, li jimponi dazju definittiv anti-dumping u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU, L 336, p. 6).

(2)  ĠU 2011, C 290, p 18.

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 627/2011, tas-27 ta’ Ġunju 2011, li jimponi dazju provviżorju antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

(ĠU L 169, p. 1).


Top