This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TN0082
Case T-82/12: Action brought on 20 February 2012 — Makhlouf v Council
Kawża T-82/12: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ Frar 2012 — Makhlouf vs Il-Kunsill
Kawża T-82/12: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ Frar 2012 — Makhlouf vs Il-Kunsill
ĠU C 109, 14.4.2012, p. 31–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 109/31 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2012 — Makhlouf vs Il-Kunsill
(Kawża T-82/12)
2012/C 109/63
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Mohammad Makhlouf (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: C. Rygaert u G. Karouni, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK tal-1 ta’ Diċembru 2011 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u tħassar id-Deċiżjoni 2011/273/PESK; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea sabiex ibati l-ispejjeż skont l-Artikoli 87 u 91 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-383/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1).