Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0077

    Kawża T-77/12: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Frar 2012 — Wahl vs UASI — Tenacta Group (bellissima)

    ĠU C 109, 14.4.2012, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.4.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 109/30


    Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2012 — Wahl vs UASI — Tenacta Group (bellissima)

    (Kawża T-77/12)

    2012/C 109/60

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Wahl GmbH (Unterkirnach, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Kieser avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tenacta Group SpA (Azzano S. Paolo, l-Italja)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tibdel id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-21 ta’ Novembru 2011 billi tiċħad l-oppożizzjoni Nru B1560781 tat-2 ta’ Novembru 2009 fir-rigward tat-trade mark Komunitarja Nru 004534889;

    sussidjarjament, tibdel id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-21 ta’ Novembru 2011 billi tiċħad l-oppożizzjoni Nru B1560781 tat-2 ta’ Novembru 2009 fir-rigward tat-trade mark Komunitarja Nru 004534889 inkonnessjoni mar-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għal prodotti fil-klassi 7;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva “bellissima” għal prodotti fil-klassijiet 7 u 8 (Applikazzjoni Nru 8 406 704)

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Tenacta Group SpA

    Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark figurattiva “bellissima IMETEC” għal prodotti fil-klassijiet 9 u 11 (Trade mark Komunitarja Nru 4 534 889)

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, sa fejn ma hemm ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti


    Top