Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0047

Kawża T-47/12: Rikors ippreżentat fis- 27 ta’ Jannar 2012 — Intesa Sanpaolo vs UASI — equinet Bank (EQUITER)

ĠU C 109, 14.4.2012, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/19


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2012 — Intesa Sanpaolo vs UASI — equinet Bank (EQUITER)

(Kawża T-47/12)

2012/C 109/42

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Intesa Sanpaolo SpA (Torino, l-Italja) (rappreżentanti: P. Pozzi, G. Ghisletti u F. Braga, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: equinet Bank AG (Frankfurt am Main, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta’ Ottubru 2011 fil-Każ R 2101/2010-1;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “EQUITER”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 36, 38, 41 u 42 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru°66707749

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “EQUINET”, irreġistrata bħala trade mark Komunitarja bin-Nru 1600816, għal servizzi fil-klassijiet 35, 36 u 38; it-trade mark verbali “EQUINET”, irreġistrata bħala trade mark Ġermaniża bin-Nru 39962727, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 36 u 38

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 42(2) u (3) flimkien mal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell wettaq evalwazzjoni żbaljata fir-rigward tad-dokumenti ppreżentati insostenn tal-użu tat-trade mark, minħabba li: (i) ma hemmx indikazzjonijiet suffiċjenti dwar l-attività, il-ħin, il-post u l-estent tal-użu tat-trade mark; (ii) ma hemmx indikazzjoni suffiċjenti dwar in-natura tal-użu tat-trade mark; u (iii) il-provi prodotti mill-opponent ma humiex suffiċjenti sabiex jipprovaw li t-trade mark preċedenti kienet ġenwinament użata fit-territorju rilevanti matul perijodu ta’ ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni tat-trade mark ikkontestata.


Top