EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TN0032
Case T-32/12: Action brought on 20 January 2012 — Vardar v OHIM — Joker (pingulina)
Kawża T-32/12: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ Jannar 2012 — MuslahadinVardar vs UASI
Kawża T-32/12: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ Jannar 2012 — MuslahadinVardar vs UASI
ĠU C 109, 14.4.2012, p. 17–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 109/17 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2012 — MuslahadinVardar vs UASI
(Kawża T-32/12)
2012/C 109/38
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Muslahadin Vardar (Löhne, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Höfener u M. Boden, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Joker, Inc. (Allen, l-Istati Uniti)
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni mogħtija mir-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) fis-17 ta’ Novembru 2011 fil-Każ R 475/2011-4, u tirriformha b’tali mod li l-oppożizzjoni tiġi miċħuda u li l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tar-rikorrenti tintlaqa’; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Muslahadin Vardar
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “pingulina”, fl-oranġjo, fil-vjola, fil-blu, fl-aħdar, fl-isfar u fl-iswed, għal prodotti fil-klassijiet 20, 24 u 25 — applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 8402992
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat:l-oppożizzjoni kienet ibbażata b’mod partikolari fuq ir-reġistrazzjoni Internazzjonali Nru 537386A tat-trade mark figurattiva “PINGU” fl-iswed u fl-abjad, għal prodotti b’mod partikolari fil-klassijiet 20, 24 u 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa kollha kemm hi u l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, sa fejn il-Bord tal-Appell ikkonkluda, b’mod żbaljat, li teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade li għalih saret l-applikazzjoni u t-trade marks preċedenti.