Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TB0159

    Kawża T-159/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat- 3 ta’ Diċembru 2013 — Pri vs UASI — Belgravia Investment Group (PRONOKAL) ( “Tħassir tal-kawża — Talbiet imressqa matul ir-rinunzja għall-atti — Inammissibbiltà” )

    ĠU C 39, 8.2.2014, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.2.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 39/20


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2013 — Pri vs UASI — Belgravia Investment Group (PRONOKAL)

    (Kawża T-159/12) (1)

    (Tħassir tal-kawża - Talbiet imressqa matul ir-rinunzja għall-atti - Inammissibbiltà)

    2014/C 39/34

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Pri SA (Clémency, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: C. Marí Aguilar u F. Márquez Martín, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Belgravia Investment Group Ltd (Tortola, Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentant: J. Bouyssou, avukat)

    Suġġett

    Minn naħa, rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Diċembru 2011 (Każ R 311/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Pri SA u Belgravia Investment Group Ltd, u, min-naħa l-oħra, talba ta’ ċaħda tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għall-prodotti kollha msemmija mill-oppożizzjoni.

    Dispożittiv

    (1)

    Il-Kawża T-159/12 hija mħassra mir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali.

    (2)

    It-talbiet ta’ Pri SA, li jinsabu fl-ittra ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-13 ta’ Settembru 2013, għall-finijiet li, l-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali tindika l-irtirar tal-oppożizzjoni, it-tieni nett, li tirrevoka d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, tas-7 ta’ Diċembru 2010, inkwantu hija tiċħad parzjalment l-oppożizzjoni, u, it-tielet nett, li hija tordna l-inklużjoni tal-“konċessjoni totali” tat-trade mark PRONOKAL jiġu miċħuda bħala inammissibbli.

    (3)

    Pri SA hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-UASI.

    (4)

    Belgravia Investment Group Ltd hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


    (1)  ĠU C 194, 30.06.2012.


    Top